MEP | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Metsola mhix denja li terġa’ tkun eletta – Opinjonisti indipendenti

Roberta Metsola insiet li l-irwol tagħha fil-Parlament Ewropew mhux biex tkisser lil Malta imma biex tirrappreżenta l-aħjar interessi tal-Maltin li poġġewha hemm.

Dan qalu l-opinjonista indipendenti Martin Scicluna fil-ġurnal Times of Malta tal-Erbgħa, f’artiklu bit-titlu ‘Unworthy of election’.

B’diversi referenzi għal kitba tagħha stess, Scicluna juri kif Metsola qed tipprova ssalva ġildha u tgħatti dak li verament għamlet.

Aqra aktar

“Ser nassigura li Malta timmassimizza l-Fondi Ewropej, speċjalment fil-biedja, r-riċerka u l-innovazzjoni” – Alex Agius Saliba

F’diskors fuq il-midja soċjali, il-kandidat tal-Partit Laburista għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ser ikun qed jaħdem sabiex jassigura li Malta timmassimizza, l-Fondi Ewropej fil-programm li jmiss, speċjalment fil-biedja, r-riċerka u l-innovazzjoni” Dan b’mod partikolari fid-dawl li l-baġit Ewropew għar-riċerka u innovazzjoni 2021-2027 ser ikun qed jitrippla.

Aqra aktar

“Malta għandha tinsisti għal Ewropa soċjali” – Alfred Sant

Malta għandha ssostni s-sejħa tas-Soċjalisti Ewropej favur aktar Ewropa soċjali biex l-ugwaljanza u l-ġustizzja fl-Ewropa jingħataw prijorita`, qal il-Kap tad-delegazzjoni Maltija Laburista tal-Parlament Ewropew Alfred Sant waqt attivita` soċjali fil-Belt Valletta. Dr Sant qal li għall-Ewropa l-2019 tista’ tkun diffikultuża daqs l-2018. Il-problema fundamentali hi li għalkemm fis-snin riċenti l-Ewropa esperjenzat tkabbir ekonomiku, l-inugwaljanzi u l-inġustizzji soċjali żdiedu. Dan qed ixekkel is-solidarjeta` fi ħdan in-nazzjonijiet u bejn in-nazzjonijiet.

Aqra aktar

L-għaqda bejnietna hija l-aktar għodda b’saħħitha – L-MEP Miriam Dalli

L-isbaħ ħaġa tal-Partit Laburista hija l-għaqda li teżisti wara l-Prim Ministru u l-Mejjex tal-Partit Laburista Joseph Muscat. Il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli qalet dan matul attività organizzata l-Ġimgħa filgħaxija.

B’referenza għall-elezzjonjiet tal-Parlament Ewropew fl-2019, Dr Dalli qalet li sitt xhur biss il-bogħod mill-ġurnata tal-elezzjoni jidher ċar li din se tkun kampanja ta’ tim b’saħħtu u maqgħud.Aqra aktar

L-MEP Marlene Mizzi żżomm mal-wegħda ta’ telefonati orħos fl-UE

 Il-Parlament Ewropew illum ivvota biex ikun hawn telefonati orħos bejn stat membru u ieħor fl-Unjoni Ewropea.

Il-Membru tal-Parlament Ewropew, Marlene Mizzi, kelliema għall-Grupp S&D u shadow rapporteur fuq ir-rapport leġiżlattiv dwar il-Kodiċi Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi saħqet: “Mill-15 ta’ Mejju, 2019, iċ-ċittadini Ewropej mhux se jibqgħu jinkwetaw dwar prezzijiet għoljin meta jċemplu lill-familji u lill-ħbieb tagħhom f’pajjiż ieħor tal-UE. L-ispejjeż ta’ telefonati fl-UE se jiġu limitati, biex ma jibqgħux jeżistu kontijiet eċċessivi u esaġerati għal telefonati internazzjonali, meta jsiru lejn stati membri oħrajn tal-UE.” Aqra aktar

“Il-familji jgawdu s-suċċess li ksibna”

 

F’kummentarju politiku li għamel fuq il-midja soċjali, il-kandidat tal-Partit Laburista għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Dr Alex Agius Saliba qal li jkun inutli li wieħed jitkellem fuq is-surplus u t-tkabbir ekonomiku bla preċedent li qed jesperjanzaw il-Gzejjer Maltin, jekk il-Gvern ma jirnexxilux iqassam il-ġid li qed jinħoloq b’mod bilanċjat mal-familji Maltin u Għawdxin, fuq il-prinċipju tal-ġustizzja soċjali li fuqu mibni l-Partit Laburista.

Dr Agius Saliba sostna li l-familji huma l-mutur ekonomiku u s-sinsla tal-pajjiz u spjega kif għaldaqstant il-Gvern qiegħed dejjem jassigura li jkun hemm dan it-tqassim b’mod ġust ma’ kulħadd. Kompla jgħid li l-baġit li ġie allokat għas-sena d-dieħla qed ikompli jimxi fuq din il-linja ta’ tqassim tal-ġid li qed jiġi kreat u għamel referenza diretta għal diversi mizuri importanti.Aqra aktar

“Le” għal David Stellini biex joħroġ għal MEP

Wara l-“le” ta’ Chris Said biex ikun kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, fid-Dar Ċentrali kien hemm min issuġġerixxa biex iduru fuq id-Deputat David Stellini u jħeġġu lilu jikkontesta.

Iżda, għall-istess raġuni li ntalab joħroġ Chris Said, kien hemm min oppona li jkun imħajjar jikkontesta David Stellini.

Dan kien zvelat mill-gazzetta Kullħadd, li fissret kif fuq Chris Said marru għax riedu jeħilsu minnu fl-istess ħin li fuq Għawdex ikollhom kandidat b’saħħtu ta’ ċertu statura li kkontesta iktar minn elezzjoni waħda.Aqra aktar

Aktar allegazzjonijiet ta’ irregolaritajiet dwar David Casa

Ikomplu jinkixfu rregolaritajiet mill-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa hekk kif l-Eks impjegat tiegħu issa qed isostni li l-MEP Nazzjonalista allegatament alloka aktar minn €100,000 f’paga għalih mingħajr qatt ma jirċievi l-ammont kollu.

Dan hekk kif huwa jistqarr li fl-2009 daħħal biss bejn €35,000 u €40,000 bil-bqija tal-flus baqgħu miżmuma fl-uffiċċju ta’ Casa. Aqra aktar

Send this to a friend