membri parlamentari | One News

Notifiki

Membri Parlamentari Ingliżi se jressqu proposti biex jemendaw l-abbozz Brexit

Il-Membri Parlamentari Ingliżi mistennija jressqu proposti biex ikun emendat l-abbozz dwar Brexit tal-Prim Ministru Theresa May. Dan fl-istess waqt li May qed taħdem fuq Pjan B għal Brexit.

Il-Prim Ministru May qalet li l-ewwel kwistjoni li se tiddiskuti mal-MPs tagħha hija dik tal-fruntieri Irlandiżi. Il-Mexxej Laburista Ingliż Jeremy Corbyn qal li l-Prim Ministru m’għandhiex l-iċken idea ta’ kemm hemm persuni li se jopponu l-abbozz tagħha.

Jidher ukoll li fost il-proposti mressqa mill-Membri Parlamentari Ingliżi hemm li d-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea tkun estiża bi ftit xhur.

Tindifa papali fil-bajja tar-Riviera

Illum se tkun qed titnaddaf waħda mill-isbaħ bajjiet f’pajjiżna; il-bajja tar-Riviera f’Għajn Tuffieħa.

L-istazzjon 89.7 Bay flimkien mal-eNGO Żibel ingħaqdu biex inaddfu l-akkwata bejn id-9.30 u s-2.00pm.

Membri parlamentari, organizzazzjonijiet diversi u anke l-pubbliku se jkunu preżenti biex jagħtu daqqa t’id f’din l-attività.

Membri Parlamentari Ingliżi jaqblu: elezzjoni nhar it-8 ta’ Ġunju

Membri Parlamentari Ingliżi approvaw il-pjan tal-Prim Ministru Ingliż Theresa May, biex issir elezzjoni nhar it-tmienja ta’ Ġunju. Il-Parlament Ingliż appoġġja lill-Prim Ministru b’522 vot kontra 13, jiġifieri iktar mill-maġġoranza ta’ żewġ terzi meħtieġa. May temmen li mandat ġdid isaħħaħha fid-divorzju minn mar-Renju Unit u jipprovdi aktar ċertezza għall-ġejjieni.

Ħadd ma ried iwieġeb għall-Kap

  • Ma jsirux konferenzi tal-aħbarijiet

Għaddew ġimagħtejn minn meta faqqa’ l-iskandlu skema Pagi PN u ebda deputat Nazzjonalista ma kien komdu jagħmel konferenza tal-aħbarijiet. Il-ġurnalisti jixhdu kif il-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni mmexxi minn Simon Busuttil, huwa magħruf għal numru ta’ konferenzi tal-aħbarijiet li jagħmel fuq kull suġġett u b’mod ripetittiv.

Iżda, minn meta faqqa’ l-iskandlu PAGI PN ma saritx konferenza tal-aħbarijiet waħda minn shadow minister tal-Partit Nazzjonalista.

Aqra aktar

Aktar minn 100 każ ta’ suwiċidju fl-aħħar ħames snin

Fl-aħħar ħames snin saru 136 suwiċidju, 129 minn dawn saru f’Malta filwaqt li seba’ minn dawn il-każijiet saru f’Għawdex.
F’dawn il-ħames snin jiġifieri bejn is-sena 2012 u 2016, is-sena 2015 rat l-akbar numru ta’ suwiċidji, total ta’ 36 persuna.
Dan qalu l-Ministru Carmelo Abela fi tweġiba Parlamentari fejn ta rendikont sena b’sena tan-numru ta’ suwiċidji li saru f’pajjiżna li jidhru f’din it-tabella:

Aqra aktar

Issa Membri Parlamentari aktar siguri jekk jiġrilhom xi ħaġa fil-Parlament…

L-Ispeaker Anġlu Farrugia ppreżenta ċertifikati tal-kors bażiku tal-first aid lill-ħaddiema tal-Parlament u membri tal-Korp tal-Pulizija li jaqdu dmirhom fil-Parlament ta’ Malta.

Fid-diskors tiegħu, l-Ispeaker tkellem fuq l-importanza li l-amministrazzjoni tal-Parlament tagħti lit-taħriġ kontinwu lill-ħaddiema u lill-pulizija li jservu fil-Parlament ta’ Malta. Dan qed isir bl-għan li tisaħħaħ is-sigurtà fil-Parlament biex b’hekk ikunu mħarsa u protetti dawk kollha li jagħmlu użu mill-bini tal-Parlament. It-taħriġ lill-ħaddiema fil-first aid jikkumplimenta t-taħriġ li sar matul is-sena li għaddiet fit-tifi tan-nar u l-lift emergency training.

Aqra aktar

Pawża meritata

Żgur mhux forsi hi pawża meritata li ħadu llum parti mit-tim tal-Grupp Parlamentari Laburista. Dan hekk kif flimkien mal-Prim Ministru ta’ Malta u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, ħadu pawża wara laqgħa ġewwa l-Girgenti.

 

Iħallsu multa ta’ €50 u jitkellmu 30 minuta

€50 – daqshekk huwa propost mill-Gvern li membri parlamentari jħallsu jekk ma jattendux seduta. Ikunu eżenti minn din il-multa jekk ikunu msiefra għal skopijiet ta’ xogħol jew inkella morda. L-Oppożizzjoni qablet ma’ din l-emenda u qalet li se tivvota favur.Aqra aktar

Send this to a friend