Mellieħa – One News

Notifiki

ARA: Kif il-Pulizija niżlu fil-komunità u ntlaqgħu


Xaharejn ta’ Community Policing fil-Mellieħa kienu suċċess, hekk kif żewġ persuni kienu arrestati u nħarġu 170 twissija. Il-kunċett ta’ Pulizija fil-komunità huwa għodda l-Korp tal-Pulizija prova bil-għan li jipprevjeni l-kriminalità, aktar milli sempliċiment jinfurza biss. Aqra aktar

Se jittella’ kunċert ieħor mill-Għaqda Korali u Orkestra Maria Bambina tal-Mellieħa

L-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina A.D.1947 tal-Mellieħa se żżomm l-appuntament tagħha billi ttella’ l-kunċert annwali fl-okkażżjoni tal-festa ta’ Marija Bambina nhar il-Ħadd 1 ta’ Settembru fit-20.15 fil-pjazza tal-Parroċċa tal-Mellieħa, kunċert li kiseb popolarita’ kbira u li hu mfittex minn ħafna.   

Aqra aktar

Is-Surġent u s-Sindku dwar “pulizija ġodda” fil-Mellieħa

Erba’ pulizija jinsabu assenjati mal-komunità Mellieħija f’dak li hu t-tħaddim ta’ proġett pilota għall-pulizija fil-komunità.

Fil-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kien spjegat kif dan il-ħsieb hu part minn strateġija għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità u b’dan il-mod l-pulizija jkunu aktar qrib iċ-ċittadini, filwaqt li fil-lokal jinħass sens ikbar ta’ sigurtà.

Is-Surġent Gabriella Gatt hija waħda mill-pulizija tal-komunità fil-Mellieħa. Aqra aktar

“Għaqqadna jdejna flimkien, waqafna nibku u tlabna għal Elisa”– sħabha tal-iskola

Elisa Buhagiar ta’ 10 snin mill-Imtarfa hija l-vittma li tilfet ħajitha traġikament f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa l-Ħamis filgħaxija. Aħbar li ħasdet lil bosta, iżda telfa akbar għal dawk li kienu jafuha. Fosthom it-tfal tal-iskola St Joseph, l-iskola li kienet tattendi Elisa li kienet fil-ħames sena tal-iskola primarja, u magħha kienu jqattgħu ħafna ħin fuq il-bank tal-iskola.

Viżibbilment emozzjonati, Maya Camilleri u Marya Mizzi, ħbieb tal-qalb ta’ Elisa u li kienu jmorru l-iskola magħha, qalulna li ma jistgħux jemmnu li tilfu lil Elisa.

“Meta sirt naf li mietet ħadt dik id-daqqa qisni f’dinja oħra…. Kien xokk kbir u qisna riedna naċċettaw li ħabiba tagħna kienet mietet u ma nistgħux nġibuha lura”, qalu Maya u Marya.

Iż-żewġt iħbieb jirrakkontaw kif il-Ħamis raw l-aħbarijiet u semgħu bl-inċident imma qatt ma basru li l-vittma kienet se tkun Elisa.

“Rajt l-aħbarijiet u rajt l-inċident imbagħad bagħtu li l-kunċert tħassar…. ħadt xokk kbir meta l-parents bagħtu u qalu li Elisa. Jien ħsibt li kienet orajt imma kien xokk kbir ilni nafha mill-kindergarten”.

Il-jum tal-ġimgħa kellu jkun importanti għal Elisa, għax wara ġimgħat sħaħ ta’ tħejjijiet, kien se jkollha l-parti ewlenija fil-kunċert tal-iskola. Iżda d-destin ried mod ieħor, u l-iskola ħassret il-kunċert b’sinjal ta’ rispett lejha u qrabatha.Aqra aktar

Send this to a friend