Melita – One News

Notifiki

Jirdoppja l-ammont ta’ persuni li abbonaw għal stazzjonijiet sportivi mill-introduzzjoni tat-TSN

Irdoppja l-ammont ta’ persuni li jabbonaw għal stazzjonijiet sportivi. Dan żvelatu l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni, l-MCA, li fissret kif dan seħħ mindu ġie introdott it-Total Sports Network jew TSN.

Kien fl-20 ta’ Ġunju li għadda li l-kumpaniji GO u Melita ħabbru li qablu li jaqsmu d-drittijiet bejniethom biex joffru lill-konsumaturi ammont ta’ stazzjonijiet ddedikati għall-isport.Aqra aktar

Kristu Rxoxt tal-Birgu se jkun irrestawrat – il-kumpanija Melita se tħallas l-ispejjeż

L-istatwa ta’ Kristu Rxoxt tal-Birgu se ssirilha restawr u l-ispejjeż se jitħallsu mill-kumpanija Melita.

Dan ġie kkonfermat minn kelliema għal din il-kumpanija wara li sar kuntatt minn ONE News.

Kristu Rxoxt; statwa antika li saret minn Savlatore Psaila ġarrbet ħsara billi nqalgħet idu meta weħlet ma’ wires fil-Birgu.

Ir-restawr se jsir mill-artist Tarxieniż Renzo Gauci.

Aktar dettalji dwar l-ammont tal-ispiża se joħorġu aktar tard.

Melita tissieħeb ma’ Ericsson bi preparazzjoni għal 5G

Il-kumpanija Melita ssieħbet mal-kumpanija Ericsson bi preparazzjoni għat-teknologija ġdida 5G.

Il-konsumaturi tal-kumpanija Melita dalwaqt ser igawdu minn veloċità aktar għolja permezz tat-tnedija tal-5G ready mobile network, li se ssir madwar id-dinja sal-aħħar tal-2018.

Attenti min-notifiki foloz

Jekk tircievu xi notifika li inti kostistwent leali tal-kumpanija Melita u ntgħażilt biex tiġbor premju li huwa mobile tal-għamla Apple iPhone X, din hija falza.

Attenti għaliex huwa mod ta’ kif persuni jippruvaw jisirqu fluskom hekk kif is-sit jidderiġik ġo sit ieħor u jintalbu dettalji bankarji.

ONE news għamel kuntatt mal-kumpanija Melita nfisha u kkonfermaw li din mhux tintbagħat mingħandhom.

 

Fir-ritratt tidher in-notifika li wieħed jirċievi biex jiġbor il-premju.

 

Għaqda li qed tibqa’ kontroversjali

Is-sħubija ta’ Vodafone u Melita li tħabret ftit tax-xhur ilu qed tkompli ġġib reazzjonijiet differenti fejn il-kumpaniji li se jingħaqdu qed jiddefendu d-deċiżjoni tagħhom, filwaqt li l-kompetituri qed jilqgħu b’mod pożittiv il-fatt li se jkun hemm investigazzjoni.
F’artiklu fit-Times of Malta bit-titlu ‘Merger good for consumers’, Harold Rosch, Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Melita, qal li sħubija bejn żewġ kumpaniji ewlenin f’dan is-settur se wassal għal komunikazzjoni ferm iktar mgħaġġla u li se twieġeb id-domanda tal-konsumatur għal servizz iktar modern ta’ telefonija, internet, u televiżjoni.
Għalhekk, qal il-Kap Eżekuttiv, huwa kruċjali li Malta tikkonsolida investiment ta’ dan it-tip għal infrastruttura diġitali ġdida bħal 5G- investimenti li huwa pedament tal-prosperita għan-negozji tagħna, u għall-ekonomija tal-pajjiż, jgħid il-Kap Eżekuttiv.

Aqra aktar

Tħassib dwar l-għaqda bejn il-Vodafone u l-Melita

L-għaqda tal-konsumaturi mhix taqbel mal-għaqda bejn il-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni Vodafone u Melita.

Ma’ One News Benny Borg Bonello, l-President tal-għaqda konsumaturi jemmen li peress li se tonqos il-kompetizzjoni l-konsumatur se jkun f’riskju li jmur minn taħt.

Aqra aktar

Send this to a friend