mejta – One News

Notifiki

Jonqos għal 253 in-numru ta’ persuni li nqatlu fis-Sri Lanka l-Ħadd li għadda

Il-President ta’ Sri Lanka qal li l-allegat moħħ wara l-bombi suwiċida li seħħew f’Ħadd il-Għid f’Sri Lanka nqatel fl-istess attakki. Intqal li Zahran Hashim, predikatur radikali, miet fil-lukanda Shangri-La fil-kapitali Colombo.

Jidher li Hashim mexxa l-attakk fuq il-lukanda popolari ħafna mat-turisti, akkumpanjat minn aggressur ieħor identifikat bħala Ilham. Intant, il-pajjiż irreveda ‘l isfel in-numru ta’ nies li nqatlu waqt l-isplużjonijiet li seħħew il-Ħadd li għadda. In-numru tnaqqas b’iktar minn 100, bil-Ministeru għas-Saħħa jgħid li n-numru issa huwa għal madwar 253.L-istess Ministeru weħħel fi żball li sar waqt il-kalkulazzjoni u d-diffikulta li jkunu identifikati l-vittmi.

Numru kbir ta’ nies inqatlu u mijiet oħra weġġgħu meta bombi suwiċida splodew f’lukandi u knejjes f’Colombo, Negombo u Batticaloa. Il-maġġoranza ta’ dawk maqtula kienu minn Sri Lanka, iżda għexieren ta’ barrannin kienu fost dawk milquta.

AĠĠORNAT: 2 mejta u 47 midruba splużjoni f’forn fiċ-ċentru ta’ Pariġi

Pumpiera f’Pariġi għaddejjin b’operazzjoni biex jikkontrollaw nirien li nfirxu ma’ stabbiliment privat wara splużjoni bil-gass f’binja. Żewġ persuni tilfu ħajjithom u minn tal-anqas 47 persuna sfaw midruba serjament kawża tal-isplużjoni. L-isplużjoni seħħet f’forn f’Rue de Trévise għall-ħabta tad-09:00.

Karozzi li kienu pparkjati biswit il-binja, u anke bini ieħor fl-inħawi, ġarrbu ħsarat estensivi.

Dawn l-inħawi f’Pariġi ingħalqu kompletament għall-pubbliku sabiex titkompla l-operazzjoni.

L-ajruplan Indoneżjan li ġġarraf u ħalla 189 persuna mejta ma kienx fi stat li jopera titjiriet

Investigaturi Indoneżjani qalu li l-ajruplan tal-linja tal-ajru Lion Air li ġġarraf ix-xahar li għadda u ħalla mejta 189 persuna, ma kienx fi stat li jopera titjiriet.

Rapport preliminari sab li kienu ġew irrappurtati problemi tekniċi dwar dan l-ajruplan f’numru ta’ titjiriet oħra.
Irrimarka li jidher li l-linja tal-ajru ddeċidiet li tkompli topera t-titjiriet b’dan l-ajruplan minkejja li kienet taf li kellu xi problemi.

L-ajruplan tat-tip Boeing 737 Max iġġarraf fil-baħar Java fid-disgħa u għoxrin t’Ottubru ftit wara li telaq minn Jakarta.

Send this to a friend