mejjet – One News

Notifiki

Mara tqila ssib far mejjet fis-soppa

Mara tqila kellha esperjenza mhux tas-soltu f’ristorant popolari tal-ikel ċiniż, meta f’platt soppa sabet far mejjet.

Ir-ristorant issa tilef mal-$190miljun wara diversi ritratti tal-far spiċċaw fuq l-internet. Ir-ristorant ġie sospiż mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika tal-provinċja ta’ Shandong fiċ-Ċina.Aqra aktar

Bil-Filmat: Jinstab raġel mejjet f’San Ġiljan

Il-Pulizija qed tinvestiga sejba ta’ raġel 30 sena li nstab mejjet f’sit ta’ kostruzzjoni f’San Ġiljan.

One.com.mt jinsab infurmat li r-raġel ta’ nazzjonalità Ingliża nstab mejjet għall-ħabta tal-5.00 p.m. Xhieda fuq il-post qalu ma’ dan l-istazzjon li r-raġel x’aktarx miet kawża ta’ teħid eċċessiv tad-droga.

Fuq il-post issejaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei li ċċertifika lir-raġel mejjet fuq il-post.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa.

 

Raġel imut f’inċident bejn ambulanza u karozza fix-Xemxija

Ġuvni Ingliż tilef ħajjtu wara li l-karozza li kien fiha kienet inolvuta f’inċident tat-traffiku fis-siegħa u għoxrin tas-Sibt filgħodu fi Triq Telgħa ta’ Selmun fix-Xemxija.

Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija rriżulta li karozza tat-tip Daihatsu Sirion kienet qed tinstaq minn Ingliż, li għal xi raġuni tilef il-kontroll, bil-konsegwenza li l-karozza marret fil-karreġġjata opposta u baqgħet dieħla f’ambulanza.
Aqra aktar

Il-ġisem ta’ David Abela ma ġiex rilaxxat għad-difna

Il-katavru ta’ David Abela, in-negozjant li nqatel fir-residenza tiegħu fis-Swieqi għadu ma ġiex rilaxxat għad-difna. Ir-raġuni għalfejn il-ġisem tal-vittma għadu qed jinżamm għall-investigazzjoni għadha mhux magħrufa. L-Awtopsja kkonfermat li Abela miet b’numru ta’ daqqiet ta’ sikkina f’għonqu fit-28 ta’ Frar.

Aqra aktar

Telqet idejn it-tifel għal ftit minuti u sabitu mejjet

Telqet idejn it-tifel tagħha għal ftit sekondi, u t-tifel tagħha spiċċa bla ħajja. Din hija l-istorja ta’ omm James Bulger li minn filmat CCTV ħareġ li nħataf minn żewġ subien ta’ għaxar snin u wara nstab mejjet. Dan il-filmat kienet ratu l-omm flimkien mal-Pulizija biex tgħin fl-investigazzjoni. Meta ntebħet li kienu biss żewġ tfal li ħadu lil binha, bħal nibtet tama fiha li se ssib iċ-ċkejken tagħha ħaj.

Aqra aktar

Send this to a friend