meghan markle | One News - Part 2

Notifiki

Ma tista’ tafda lil ħadd!

Jidher li l-prinċipessa l-ġdida Meghan Markle bdiet idduq il-qrusa li ġġib magħha l-ħajja Rjali. Diversi rapporti fil-midja internazzjonali qed jallegaw li d-Dukessa ma tista’ tafda lil ħadd minn sħabha ta’ qabel ma żżewġet lill-Prinċep, għaliex għadhom ma waqfux jgħaddu stejjer dwarha lill-midja.Aqra aktar

Tfajla Maltija f’laqgħa mar-Reġina u Meghan Markle

Tfajla Maltija ingħatat l-unur mgħoti mir-Reġina Elizabetta t-Tieni bħala sinjal ta’ rikonoxximent għall-ġid li għamlet fil-komunita’ f’Malta Martina Caruana li tinsab fl-aħħar sena tal-kors tal-liġi fl-Universita ta’ Malta irċeviet il-Queen’s Young Leader Award wara li rnexxiela twaqqaf il-group Network of Young Women Leaders bil-għan li toħloq kuxjenza kif ukoll tegħleb l-isfidi li jaffaċċjaw tfajliet u nisa li qed jaspiraw li jkunu mexxejja.

Aqra aktar

Ara: It tieġ ta’ Harry u Markle bir-ritratti

Uħud mill-mistiedna tat-tieġ rjali ħasbu għall-ikel huma

Mhux il-mistednin kollha li qed jidhru fuq it-televiżjoni ser jieklu mill-ikel li hemm lest fit-tieġ tal-Prinċep Harry u Meghan Markle.

B’kollox hemm mawdar 2,000 mistiedna imma mhux kollha mistiedna direttament għat-tieġ.

Hemm minnhom li huma mistiedna biex isegwu biss mill-ġonna tal-madwar. Huma dawk li qegħdin fil-Kappella ta’ San Ġorg biss li ser jieklu fit-tieġ, iżda l-kumplament kellhom jaħsbu huma.

DIRETT: Segwu t-tieġ tal-Prinċep Harry ma’ Meghan Markle

Minn hawn u ftit tal-ħin ieħor, il-Prinċep Harry u l-artista Meghan Markle mistennija jingħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ.

Bosta telespetatturi minn madwar id-dinja qed isegwu dan l-avveniment minħabba l-popolarità tal-familja rjali tal-Ingilterra.

Għalkemm fil-passat kien hemm ukoll xi kontroversji mal-familja rjali speċjalment fir-rigward tal-Prinċipessa tant maħbuba Diana, xorta waħda l-familja rjali baqgħet popolari u tista’ tgħid ukoll, maħbuba sew.

Malta għanda rabtiet ħelwin mal-familja rjali preżenti, primarjament minħabba li r-Reġina Eliżabetta għexet f’pajjiżna u għadha ssemmieha sal-lum bħala l-post favorit tagħha barra pajjiżha.

Mhux biss, Meghan Markle ukoll żaret pajjiżna u ftit ilu libset ukoll l-ilbies tradizzjonali; l-għonella waqt sessjoni ta’ fotografija. Markle għanda għeruq Maltin.

Aġġornat: Missier Meghan Markle mhux se jattendi t-tieġ

Missier Meghan Markle mhux se jattendi għat-tieġ ta’ bintu flimkien mal-Prinċep Harry.

Dan ġie kkonfermat minnu stess ftit tal-ħin ilu b’mod uffiċjali.

Thomas Markle sofra minn attakk tal-qalb ftit ilu u kien hemm għajdut li kien qed jiddejjaq jidher fir-ritratti. Propjament, Thomas Markle ma ħax gost li ġie ffotografat jipprova l-ilbies tat-tieġ li anke wassal biex imlieh bi stress qawwi.

Intant, Meghan Markle ħarġet stqarrija mill-palazz Kensigton fejn uriet ix-xewqa tagħha li missierha jingħata l-ispazju li għandu bżonn għal saħħtu.

 

Send this to a friend