meghan markle | One News

Notifiki

“Imqar tibgħatli messaġġ”- L-appell ta’ missier Meghan Markle lil bintu għal żmien il-Milied

Missier Meghan Markel appella lir-reġina Eliżabetta biex tħeġġeġ lid-Dukessa terġa’ tagħmel kuntatt ma’ missierha.

Dan wara li jiem biss qabel it-tieġ tagħha lill-Prinċep Harry, Thomas Markle ħabbar li ma kienx se jattendi minħabba kumplikazzjonijiet ta’ saħħa. Markle qal li ma kellu ebda kuntatt ma’ bintu għal xhur sħaħ, minkejja li bagħtilha diversi messaġġi fuq il-mowbajl personali tagħha, id-Dukessa l-ġdida għażlet li ma tweġibx.Aqra aktar

Meta Meghan libset għonnella

Il-Maltin fuq Twitter li jsegwu mill-qrib il-Familja Rjali Ingliża kellhom sorpriża ħelwa, grazzi għal ritratt rari li tfaċċa fuq il-paġna tar-rivista Majesty, li juri lid-Dukessa ta’ Sussex Meghan Markle liebsa għonnella tradizzjonali Maltija. Aqra aktar

Qed jimxu fil-passi ta’ Charles u Diana!

Il-Prinċep Harry u Meghan Markle jinsabu f’Sydney, l-Awstralja, biex jibdew żjara uffiċjali fil-kontinent, u minn hemmhekk iżuru New Zealand, Fiji, u t-Tonga.

Din hija l-ewwel żjara uffiċjali tal-koppja wara ż-żwieġ tagħhom lura f’Mejju li għadda.

Huma qed jimxu mal-passi tal-Prinċep Charles u l-Prinċipessa Diana, li wkoll kienu għażlu l-Awstralja u l-inħawi tal-Paċifiku għall-ewwel żjara uffiċjali tagħhom wara li żżewġu. Aqra aktar

Reġgħet!

Issa drajniha. Meghan Markle mhix Dukessa tas-soltu, hija ferm iktar ‘moderna’ u tinżel ħafna iktar għall-livell tas-segwaċi tagħha. Dejjem eleganti, iżżomm ruħha…iżda jekk kellha aptit tgħannqek, ma tħabbilx moħħha wisq dwar protokol irjali!Aqra aktar

Lanqas bieba ma felħuha tagħlaq!

Bħalissa fuq il-midja Ingliża għaddejja kontroversja dwar att umli li għamlet id-Dukessa ta’ Sussex Meghan Markle.

Id-Dukessa lbieraħ attendiet għall-ewwel avveniment waħedha minn mindu ingħaqdet mal-Familja Rjali.

Fuq filmat id-Dukessa dehret tgħalaq il-bieba tal-karozza hi, att li jmur kontra l-protokol ta’ persuna importanti bħalha.

Kienu ħafna li faħħru lil Markel, però kien hemm oħrajn li ma felħux jaraw dan.

Aqra aktar

Send this to a friend