Mediċina | One News - Part 3

Notifiki

FILMAT: L-infermiera jagħmlu minn kollox biex iżommu ċkejkna bi tbissima

F’dan il-filmat sempliċi li juru numru ta’ infermiera jiżfnu u jkantaw ma’ ċkejkna li qed tingħata l-kura l-isptar jnissel tbissima, iżda mhux biss.

Dan il-filmat juri d-dedikazzjoni tal-infermiera li mhux biss jassiguraw li jagħtu l-aqwa għajnuna lill-pazjenti iżda jagħmlu ukoll ħilithom biex minkejja d-diffikultajiet u t-tbatija li jkunu għaddejjin minnha l-pazjenti jibqgħu bi tbissima fuq fommhom u jsibu l-pożittiv fost in-negattivita.

Aqra aktar

Se jitħabbar qafas biex Ewropej b’mard rari jingħataw kura fi stati membri oħra

Il-presidenza Maltija se tkun qed tindirizza l-isfida tal-prezzijiet tal-mediċina. Dan permezz ta’ laqgħat bejn Ministri tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u l-Kapi Eżekuttivi fil-qasam tal-farmaċewtika.

F’Marzu se jitħabbar qafas li se jwassal biex pazjenti Ewropej b’mard rari jistgħu jingħataw kura fi stati membri oħra.

Dan intqal mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne meta indirizza konferenza dwar il-kontroll tal-kanċer, li għaliha attendew mal-250 persuna nvoluti fil-qasam.

Fearne qal li sar progress kbir fejn għandha xtaqsam kura, madanakollu għad hemm l-isfida tal-prezzijiet tal mediċina li tista’ tkun indirizzata billi propju f’pajjiżna jintlaħaq ftehim dwar mekkanizmu li jiggarantixxi trasparenza u sistema ġusta.

 

Ir-reazzjoni ta’ Claudette Buttiġieġ “INKREDIBBLI”

Ir-reazzjoni tal-kelliema Nazzjonalista għas-Saħħa, Claudette Buttigieg dwar il-mediċini ġodda għall-kura tal-kanċer tista’ tiġi deskritta biss bħala waħda nkredibbli.

Claudette Buttigieg dalgħodu kkritikat il-fatt li l-Gvern din il-ġimgħa ħabbar tliet mediċini ġodda għal kontra l-kanċer.

Aqra aktar

L-użu tal-kannabis bħala mediċina mhuwiex xi ħaġa ġdida

L-użu tal-kannabis bħala mediċina m’għandu jaħsad  lil ħadd u f’pajjiżna l-ħsieb hu li din tkun disponibbli fl-ispiżeriji. Għalkemm biex tingħata jrid ikun hemm il-perskrizzjoni ta’ żewġ speċjalisti.

Iddikjara dan ic-chairman tal-Awtorità tal-Mediċini, il-Professur Anthony Serracino Inglott, waqt il-programm One News Breakfast.

Aqra aktar

Mediċina magħmula mill-kannabis legali fil-Ġermanja ukoll

Wara r-Renju Unit, il-Ġermanja ukoll għaddejja bi proċess biex tiġi legalizzata l-użu tal-kannabis għal skopijiet mediċinali hekk kif l-abbozz ta’ liġi għadda mill-Parlament Germaniż. Dan l-abbozz ġie approvat mill-kabinett f’Mejju tal-2016. 

Il-ħamis, il-voti fil-kamra kienu unaniment favur mediċina magħmula mill-kannabis – liġi li se tidħol fis-seħħ f’Marzu 2017.

Aqra aktar

Fi triqtu għall-kura f’għeluq sninu

F’dawn iż-żminijiet, ta’ kull sena nisimgħu diversi stejjer li bla ma trid imissulek qalbek. Stejjer b’sitwazzjonijiet diffiċli li ħafna drabi jinċentivaw lil ħaddiehħor jagħmel xi ħaġa dwarhom biex joffri l-għajnuna.

Din hi l-istorja ta’ Ziam, tifel mill-Kalkara li fl-ewwel snin ta’ ħajjtu għaddej mill-kura għal kundizzjoni rari.

Aqra aktar

“Gvern b’impenn sħiħ biex jinstabu impjiegi alternattivi”

Fi stqarrija l-Partit Laburist qal li għall-aħbar li l-kumpanija Actavis se tnaqqas il-ħaddiema minħabba takeover tal-kumpanija minn kumpanija oħra, il-Gvern ma qagħadx sempliċiment b’idejh fuq żaqqu iżda b’impenn se jkun qed jaħdem sabiex jinstabu impjiegi alternattivi għall-ħaddiema kollha.

Min-naħa l-oħra, huwa ċar li l-Oppożizzjoni, meta l-aħbar tkun kontra l-ħaddiema toħroġ togħrok idejha, iżda meta l-aħbar tkun bħal dik tad-De La Rue din il-ġimgħa, fejn il-kumpanija mhux biss mhux se tkeċċi l-ħaddiema, iżda se tkabbar l-operat, tibqa’ b’fommha magħluq.

Aqra aktar

Jinsistu li jista’ jkun REAT li toħroġ liċenzja għall-morning after pill

Life Network Foundation Malta irreaġixxiet għad-deċiżjoni tal-Kumitat Kongunt li dan l-aħħar kellu sensiela ta’ laqgħat ma’ esperti mediċi u mas-soċjeta’ ċivili biex issir diskussjoni u studju  dwar il- morning after pill .

Kumitat konġunt tal-parlament dwar is-saħħa, l-affarijiet soċjali u dak tal-familja kkonkluda li għandha tkun l-Awtorità tal-Mediċini li tiddeċiedi jekk il-morning-after pill għandhiex titħalla tidħol Malta, iżda din qatt m’għandha tinbigħ mingħajr riċetta tat-tabib. Għad-diżappunt qawwi ta’ bosta għadiet favur id-drittijiet tan-nisa, l-Awtorità tal-Mediċini ddeċidiet li l-morning-after pill qatt m’għandha tinbigħ mingħajr riċetta tat-tabib.

Fi stqarrija l-Fondazzjoni qalet li skond l-Att dwar il-Mediċini, hija l-funzjoni ta’ L-Awtorità dwar il-Liċenzjar (taħt is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika) li tawtorizza liċenzji għall-prodotti mediċinali biex jidħlu fis-suq Malti.

Aqra aktar

Ta’ Barts japplikaw biex jibnu

Fl-aħbar ewlenija fil-gazzetti tal-Ħadd, il-gazzetta KullĦadd żvelat kif fost l-applikazzjonijiet ta’ żvilupp li daħlu fl-aħħar jiem għand l-Awtorità tal-Ippjanar kien hemm dik li se tara l-ftuħ tal-iskola medika f’Għawdex u l-bini ta’ faċilitajiet ġodda bħala parti mill-proġett ta’ Barts.

Wara xhur ta’ ppjanar, testijiet fuq l-art u diskussjonijiet mal- istess Awtorità, l-investituri kienu f’pożizzjoni li jissottomettu l-pjan tagħhom għall-approvazzjoni tal- Awtorità tal-Ippjanar, li min- naħa tagħha issa tkun qed tevalwaha.

Aqra aktar

Send this to a friend