Mediċina | One News - Part 2

Notifiki

Tnejn l-isptar – tinqaleb karozza bejn Ħad-Dingli u r-Rabat

Żewġ persuni idaħħlu l-isptar wara li karozza tat-Tip Mitsubishi Junior inqalbet fit-triq ta’ bejn Ħad Dingli u r-Rabat.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin għaxra. L-ewwel għajnuna ngħatat minn persunali kienet għadejja u nzertat li taħdem fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei fejn imbagħad eventwalment intbagħtu eventwalment żewġ ambulanzi fuq il-post.

L-Operazzjoni sabiex inħarġu l-persuni saret mill-Pulizija u l-Protezzjoni Ċivili.

Aqra aktar

Jieħdu ħsieb saħħitna minn wara l-kwinti…

Meta nitkellmu dwar il-kura u s-saħħa, l-ewwel ma jiġu f’moħħna huma t-tobba u l-infermiera. Filwaqt li għandhom irwol kruċjali, jassistuhom minn wara l-kwinti hemm dawk li jissejħu Biomedical Scientists.

Xjenzati li jispeċjalizzaw f’diversi oqsma u janalizzaw ħafna mill-partijiet ta’ ġisimna.

Aqra aktar

Żieda fl-istudenti tal-mediċina

Fl-aħħar sitt snin l-istudenti tal-mediċina fl-Università ta’ Malta żdiedu b’mod konsiderevoli. Ta kontribut kbir ukoll lejn din iż-żieda l-ammont ta’ studenti barranin. F’din is-sena skolastika hemm 808 studenti tal-mediċina meta fis-sena skolastika 2010/2011 kien hemm 488 student.

Sitt snin ilu kien hemm 25 student tal-mediċina fl-Università ta’ Malta li kienu ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Illum hemm 154. Filwaqt li sitt snin ilu kien hemm 44 student barra l-Unjoni Ewropea, is-sena li għaddiet u din is-sena kien hemm 86.

L-istudenti Maltin żdiedu minn 419 għal 568.

Dawn in-numri juru li pajjiżna jista’ jkun suq importanti għall-edukazzjoni medika u għalhekk kienet importanti l-miġja tal-iskola medika ta’ Barts li l-bini tagħha f’Għawdex beda u li iktar tard din is-sena mistennija tilqa’ l-ewwel studenti tagħha.

Sal-2019 il-mediċini kollha tal-kanċer se jingħataw b’xejn mill-Gvern

Il-mediċini kollha stabbiliti fil-qasam tal-kanċer se jiddaħħlu kollha fil-formularju tal-Gvern sal-2019. Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, waqt il-Kumitat Permanenti Parlamentari għas-Saħħa.

Il-Ministru Fearne qal li minn din is-sena diġa bdew jidħlu mediċini ġodda għall-kanċer u dan il-pjan se jibqa’ għaddejj biex sal-2019 jkunu ddaħħlu l-mediċini kollha stabbiliti fil-qasam tal-onkoloġija.

“Din is-sena għall-ewwel darba il-Gvern ivvotta €3 miljuni fil-baġit għas-saħħa biex propju jintużaw biex jiddaħħlu mediċini ġodda għall-kanċer,” qal il-Ministru Fearne.

Aqra aktar

VJAGRA mingħand l-ispiżjar; diskussa t-tneħħija tar-riċetta tat-tabib

Dibattitu fl-Ingilterra jaf iwassal biex il-vjagra tibda tkun disponibbli fi spiżeriji għall-ewwel darba mingħajr il-ħtieġa ta’ karta tat-tabib. Regolaturi mediċi se jibdew perjodu ta’ konsultazzjoni ta’ tliet ġimgħat fuq pjan li mistennij jżid il-bejgħ tal-pillola blu bil-wisq mhux ftit. Il-vjagra hija waħda mill-aktar pilloli li qatt għamlet suċċess minn meta nħolqot mid-ditta Pfizer fl-1998.

Aqra aktar

Servizz ġdid ta’ Mediċina Sportiva

Waqt li kien qed jindirizza laqgħa internazzjonali tal-mediċina sportiva organizata f’Malta, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li wara li s-sena l-oħra nħatar konsulent fil-Mediċina Sportiva, issa beda servizz ġdid fiċ-Ċentri tas-Saħħa, u kif ukoll f’Mater Dei.

Fearne tkellem ukoll dwar l-importanza tal-eżerċizzju fiżiku, mhux biss għall-atleti imma għall-pubbliku b’mod inġenerali. Il-kura ta’ ċertu mard, bħad-dijabete u pressjoni għolja, mhux neċessarjament għandhom ikunu ttrattati biss b’mediċini farmaċewtiċi, imma jistgħu jkunu wkoll trattati permezz ta’ preskrizzjoni ta’ sport u eżerċizzju mediku. “Irridu nippromwovu l-isport u l-eżerċizzju mhux biss għall-atleti imma rridu wkoll nippromwovu l-isport u l-eżerċizzju bħala parti minn stil ta’ ħajja b’saħħitha”, qal il-Ministru Chris Fearne.

Aqra aktar

Roħs fil-mediċina frott l-erba’ snin ta’ dan il-Gvern

Kien frott ta’ ħidma ta’ dan il-Gvern li tul dawn l-aħħar erba’ snin raħsu 143 medicina tad-ditta. Dan wara proċess ta’ djalogu mal-importaturi u l-fornituri tal-mediċini. Ir-roħs laħaq is-67% fuq ċertu medicini, u l-konsumaturi frankaw sa €320, fosthom fuq mediċini tal-kanċer.

Sostniet dan il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Helena Dalli, waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn fakkret id-diversi kisbiet li għamel dan il-Gvern permezz tal-Awtorità dwar il-Mediċini.

Dalli qalet li sabu Awtorità fejn l-impjegati kienu demotivati, b’sitwazzjoni finanzjarja li sa erba’ snin ilu bilkemm kien hemm flus biex joħroġ is-salarji u b’ilmenti mill-industrija dwar l-Awtorità. Minn hemm sar proċess strutturat sabiex l-Awtorità tiġi fuq saqajha u tkun ċentru t’eċċellenza fl-Ewropa.

Aqra aktar

Malta titfa’ l-offerta tagħha biex l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini tibda topera minn pajjiżna

Malta uffiċjalment tefgħet l-offerta tagħha biex l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini tibda topera minn pajjiżna.

Aġenzija li bħalissa qed taħdem minn Londra, imma li fid-dawl ta’ Brexit se jkollha tiċċaqlaq għal belt oħra Ewropea.

Għaldaqstant Malta se tingħaqad ma’ bosta pajjiżi li wrew ix-xewqa u l-interess li jkunu huma li jilqgħu din l-aġenzija.

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini hija responsabbli mill-evalwazzjoni xjentifika, is-superviżjoni u l-monitoraġġ ta’ sigurtà tal-mediċini żviluppati minn kumpaniji farmaċewtiċi għall-użu fl-Unjoni Ewropea.
Aqra aktar

Eluf ta’ tobba mistennija jitilqu mir-Renju Unit

Il-maġġoranza tat-tobba li ġejjin minn pajjiżi Ewropej u li qed jaħdmu fir-Renju Unit qed jikkunsidraw li jitilqu minn dan il-pajjiż minħabba BREXIT, dan ħareġ fi stħarriġ li sar mill-GMC (General Medical Council). Dan ifisser li eluf ikunu qed jitilqu mir-Renju Unit fuq mhedda ta’ sentejn.

Aqra aktar

Send this to a friend