Mediċina | One News

Notifiki

ARA: Robot se jibda jwassallek il-mediċina fis-sala tal-isptar

Pillpick. Sistema robotika li se twassal il-mediċina lill-pazjent li jkun rikoverat fl-isptar Mater Dei, f’temp ta’ tleit minuti u nofs. Id-dettalji dwar dan il-proġett tħabbru f’konferenza tal-aħbarijiet mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-saħħa Chris Fearne. Il-proġett b’investiment ta’ €12-il miljun se jsir minn konsorzju ta’ kumpaniji barranin. Aqra aktar

207 proġett b’ħolqien ta’ 3,411 impjieg ġdid

Il-Malta Enterprise, bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena, approvat 79 proġett ta’ investiment. Dawn il-proġetti, b’investiment ta’ kważi €87 miljun, se joħolqu kważi 1,060 post tax-xogħol ġdid f’pajjiżna. 21 proġett huma proġetti ġodda jew ta’ espansjoni minn investituri barranin, filwaqt li 58 proġett huma proġetti ġodda jew ta’ tkabbir minn investituri lokali.

Dan joħroġ mir-rapport annwali tal-Malta Enterprise li ġie ppreżentat waqt Business Breakfast it-Tnejn filgħodu.

Mir-rapport ħareġ kif fl-2017 il-Malta Enterprise approvat 128 proġett. B’investiment ta’ €249.2 miljun.Aqra aktar

L-Awtorità tal-Mediċini u s-Supredent tas-Saħħa Pubblika qegħdin isegwu s-sitwazzjoni dwar il-mediċina ‘Valsartan’

L-Awtorità tal-Mediċini u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qed isegwu sitwazzjoni li qed tiżviluppa fl-aħħar sigħat fl-Ewropa kollha u li dwarha ġew infurmati mill-European Medicines Agency (EMA) dwar mediċina tal-valsartan.

L-EMA fl-aħħar sigħat avżat dwar potenzjalment impurità mhux mistennija li nstabet fl-ingredjent attiv manifatturat fiċ-Ċina li jintuża biex jiġu manifatturati xi prodotti mediċinali tal-valsartan

L-awtoritajiet tas-saħħa se jkomplu jsegwu l-informazzjoni li qed tingħata mill-EMA minn ħin għall-ieħor.

Il-valsartan hi mediċina li tintuża biex tiġi kontrollata l-pressjoni għolja u għal problemi kardjovaskulari.

Sakemm ma jinħariġx avviż ieħor, l-Awtorità tal-Mediċini u l-SPH qed jimxu mal-pariri li qed jingħataw mill-EMA u mill-Health Products Regulatory Authority (HPRA) li l-pazjenti m’għandhomx iwaqqfu dawn il-mediċini għal għarrieda. Avviżi oħrajn jinħarġu skont kif tiżviluppa s-sitwazzjoni.

It-tnax-il roħs ta’ mediċini

Bejn Marzu 2013 u llum, il-Gvern Laburista ħabbar 12-il roħs fil-mediċini, b’total ta’ 196 mediċina jorħsu fil-prezz sa 67%. Fl-aħħar jiem tħabbar l-aħħar roħs minn din is-sensiela meta ngħataw dettalji kif roħsu 23 mediċina sa 40% u li ġew introdotti iktar mediċini ġeneriċi bil-possibilità li l-konsumaturi jistgħu jiffrankaw sa 73%.

Aqra aktar

Preskrizzjoni ta’ 6 xhur għall-pazjenti li għandhom il-karta s-safra

Pazjenti li għandhom mard kroniku u li jieħdu l-mediċina taħt l-iskema Pharmacy of your Choice bil-kartuna s-safra issa se jibdew jingħataw preskrizzjoni tat-tabib valida għal sitt xhur.

Il-pazjent se jkun qed jingħata total ta’ tliet preskrizzjonijiet li kull waħda minnhom hija valida għal xahrejn, għalhekk il-pazjent se jkollu preskrizzjoni li tkopri sitt xhur.

Madwar 151,000 pazjent li għandhom mard kroniku kien qed ikollhom bżonn preskrizzjoni tat-tabib ġdida kull xahrejn, għalhekk din il-bidla, fi kliem il-Ministru għas-saħħa Chris Fearne se tagħmel il-ħajja tal-pazjent aktar faċli.

Aqra aktar

Nomina uffiċjali għall-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini; nikkompetu ma’ 20 pajjiż

Malta tefgħet l-offerta biex topsita l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini.

Malta ssottomettiet l-offerta biex tospita l-kwartieri tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, l-EMA, skont kif miftiehem nhar it-22 ta’Ġunju ta’ din is-sena meta l-Mexxeja Ewropej qablu dwar ir-rilokazzjoni tal-EMA u l-Awtorita Ewropea tal-Banek fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Dan kollu skont kif propost mill-President tal-Kummissjoni Ewropea u il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

JORĦSU 28 MEDIĊINA OĦRA

Tħabbar roħs fil-prezz ta’ 28 mediċina differenti, bir-roħs ikopri sa 32%.

L-aktar roħs sinifikanti huwa fuq il-pilloli tad-dimensja, li se jorħsu b’31%. Dan ifisser li l-konsumatur se jiffranka €14.57. Se torħos ukoll it-Tamsol, li tintuża għat-trattament tal-prostata. Hawn jidħol roħs ta’ 32%.

Il-gums li jittieħdu minn min irid jaqta’ s-sigaretti se jorħsu b’20%.

Il-mediċina Aminidex, li tintuża f’każijiet ta’ kanċer tas-sider, se terġa torħos. F’Novembru 2014 kienet raħset b’60%, minn €164 ghal €66. Issa se terġa’ torħos ghal €55.80, jiġifieri roħs ta’ €10 oħra.

Aqra aktar

Send this to a friend