MDA – One News

Notifiki

“Fil-baġit li se nressqu se nkunu qed nagħtu lura dak li naffordjaw u dak li huwa sostenibbli” – il-Prim Ministru

Waqt laqgħa f’Kastilja, li matulha l-MDA preżentat il-proposti tagħha għall-baġit li ġej, il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr li fil-baġit li ġej, il-Gvern se jkun qed jagħti lura lill-poplu dak li bħala pajjiż naffordjaw u mhux nonfqu bl-addoċċ sempliċiment biex inkunu popolari. “Irridu li dak kollu li ndaħħlu u nagħtu lura lin-nies ikun sostenibbli għal numru ta’ snin”, stqarr Dr Muscat. Aqra aktar

L-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini jistqarru li l-MDA ma ngħatat l-ebda setgħa dwar ir-reġistrazzjoni tal-kuntratturi

Fi stqarrija mill-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini b’referenza għall-osservazzjonijiet tal-Kummissarju tal-Ambjent u l-Ippjanar datati 3 ta’ Settembru 2019, il-Kap tal-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini jixtieq jirribatti dak li diġà  kien spjegat lill-Kummissarju fil-ġimgħat li għaddew.Aqra aktar

L-MDA tgħid li se tappoġġja kull azzjoni li jieħu l-Gvern dwar xogħlijiet ta’ skavar

L-Assoċċjazzjoni għall-Iżviluppaturi Maltin qalet li se tappoġġja kull azjoni li jieħu l-Gvern dwar xogħlijiet ta’ skavar. Dan b’reazzjoni għat-tiġrif tal-binja fil-Ħamrun aktar kmieni l-Ħamis.

Fi stqarrija, l-MDA ingħaqdet ma’ diversi membri mill-pubbliku u appellat biex tittieħed azzjoni urġenti dwar din il-kwistjoni. Hija żiedet tappella biex l-awtoritajiet iwaqqfu Steering Committee biex ikunu mfassal regoli dwar siti ta’ kostruzzjoni. Dawn ir-regoli jorbtu lil dak li jkun biex jinvestiga dwar l-istabbiltà tal-binjiet u jfassal modi ta’ kif dawn jistgħu jkunu protetti.

L-MDA bi proposti għal housing affordabbli

Kumitat tekniku tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin, l-MDA, ippreżenta sett ta’ proposti lill-Ministru Ian Borg u lis-Segretarju Parlamentari Chris Agius, bl-iskop li iktar nies li ma jikkwalifikawx għal housing soċjali jkunu jistgħu jsiru sidien ta’ djarhom.Aqra aktar

“Budget li jirrifletti s-suċċess ta’ pajjiżna”- l-MDA

Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin, Sandro Chetcuti saħaq li dan il-Budget qata’ ix-xewqa tal-Assoċjazzjoni li dan ikun budget tan-nies. Dan għaliex fi kliem il-president tal-MDA il-budget jirrifletti biċ-ċar is-suċċess li qed jikseb pajjiżna u li issa se jgawdi minnu l-poplu. L-Assoċjazzjoni sodisfatta li ħafna miżuri posittivi bħall-First Time u Second Time Buyers inżammu u issa ġew introdotti wkoll miżuri ġodda għall-housing u kirjiet affordabbli

Il-White Paper dwar il-kera tasal għand l-MDA

Il-White Paper fuq is-suq tal-kera tidentifika faxxa ta’ nies li ma jaqgħux taħt il-parametri ta’ housing soċjali iżda li xorta qed isibuha diffiċli li jsibu propjetà biex isservi ta’ residenza. Għal dan il-għan, il-Gvern qed jaħdem fuq il-kunċett imsejjaħ ‘housing affordabbli’, biex tiżdied il-provvista ta’ bini li jkun affordabbli għal dawn il-familji. Aqra aktar

L-MDA temmen li Malta se żżomm ir-ritmu ekonomiku

Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin, Sandro Chetcuti, tkellem dwar kif l-ekonomija Maltija tinsab f’qagħda tajba u se tkun qed iżżomm dan ir-ritmu. Hu qal dan f’laqgħa mal-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, li matulha tkellem ukoll dwar xi trid tara l-MDA mill-baġit għas-sena d-dieħla.Aqra aktar

L-MDA lesta tidħol f’sħubija mal-Gvern għal kiri ta’ appartamenti bi €300 u €400 fix-xahar għal skop soċjali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li dalwaqt se tiġi ppublikata l-whitepaper tar-riforma fil-liġi tal-kera li se tfassal parametri sabiex tipproteġi lil dawk vulnerabbli.

Dan filwaqt li s-suq tal-kera jitħalla jopera b’mod ħieles kemm jista’ jkun u dawk li għandhom propjeta magħluqa jiftħuha għall-kiri.

Aqra aktar

Żvilupp bilanċjat li jġib in-nies flimkien

Waqt il-laqgħa ġenerali annwali tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi l-Prim Ministru saħaq li fiż-żmien qarib se tkun qed titħabbar l-idea għat-tip ta’ żvilupp f’Manoel Island.

Dan il-proġett  se jkun xempju ta’ proġett bilanċjat bejn l-interessi tal-iżviluppaturi u l-komunità tal-madwar qal il-Prim Ministru.

Joseph Muscat spjega kif kull ma jonqos huwa l-firem tal-partijiet konċernati fejn wara ħafna kontroversja mistenni jintlaħaq qbil finali bejn il-konsorzju MIDI u l-Kunsill Lokali Gżirjan fost l-oħrajn.

Tul l-indirizz tiegħu quddiem l-iżviluppaturi Maltin u Għawdxin il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-White Paper li se joħroġ il-Gvern dwar is-Suq tal-Kera.Aqra aktar

Send this to a friend