may | One News

Notifiki

Botta u risposta bejn May u l-eks PM Tony Blair

Battibekk bejn il-Prim Ministru Theresa May u l-predeċessur tagħha Tony Blair, dan hekk kif dan tal-aħħar appella sabiex isir referendum ieħor b’rabta ma’ Brexit.

B’reazzjoni għal dan, May qalet li kummenti ta’ din ix-xorta huma ta’ insult għall-kariga u l-uffiċju li darba kellu.Aqra aktar

Trump għar-Renju Unit

Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump mistenni jżur ir-Renju Unit is-sena d-dieħla. Jidher li Downing Street u l-White House qegħdin jaraw x’għażliet hemm għal din iż-żjara. Trump aċċetta l-invit tar-reġina biex jivvjaġġa lejn l-Ingilterra fuq żjara statali meta l-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May żaret Washington f’Jannar.

Aqra aktar

Tirbaħ May, iżda tnaqqas is-saħħa fil-Parlament

Il-Partit Konservattiv ta’ Theresa May se jkun l-ikbar partit fil-Parlament Ingliż wara li rebaħ l-elezzjoni fir-Renju Unit. Peró May mhux se jkollha l-maġġoranza assoluta meħtieġa biex il-Partit Konservattiv imexxi l-parlament waħdu u dan nissel diżappunt fil-Partit Konservattiv, b’mod partikolari għaliex hi sejjħet l-elezzjoni għax riedet mandat b’saħħtu biex anke tinnegozja Brexit.

Aqra aktar

Membri Parlamentari Ingliżi jaqblu: elezzjoni nhar it-8 ta’ Ġunju

Membri Parlamentari Ingliżi approvaw il-pjan tal-Prim Ministru Ingliż Theresa May, biex issir elezzjoni nhar it-tmienja ta’ Ġunju. Il-Parlament Ingliż appoġġja lill-Prim Ministru b’522 vot kontra 13, jiġifieri iktar mill-maġġoranza ta’ żewġ terzi meħtieġa. May temmen li mandat ġdid isaħħaħha fid-divorzju minn mar-Renju Unit u jipprovdi aktar ċertezza għall-ġejjieni.

Lejn sena ta’ nisa fil-poter?

Fost il-figuri politiċi li bħalissa qed jiddominaw il-midja globali naraw l-uċuh familjari ta’ Angela Merkel, Theresa May, Hillary Clinton u oħrajn. Kollha nisa li għandhom poter, u li b’xi mod pajjiżhom jiddependi fuqhom. Għalkemm l-2017 mistennija tkun sena rekord għal nisa fil-poter, ċifri xorta juru li xorta hemm triq twila sakemm nilħqu bilanċ bejn il-ġeneri fit-tmexxija. Aqra aktar

Send this to a friend