Matthew | One News

Notifiki

“Miet sieħbi…tlabt li kienet ċajta kerha”

Il-bidu tas-sena 2017 kompliet fejn ħallietna ta’ qabilha, jiġifieri b’aktar inċidenti traġiċi li ħasdu l-ħajja ta’ żgħażagħ li kienu jbiegħu s-saħħa.

Matthew Azzopardi huwa l-ewwel vittma ta’ din is-sena u tilef ħajtu wara li kien involut f’ħabta b’mutur.

Dwar Matthew, ONE News tkellem ma’ Anton Farrugia, persuna qrib sew tal-vittma, tant li għal Anton, Matthew kien qisu ħuħ.

Aqra aktar

“Xorta wasalt fejn ridt minkejja d-diżabilità tiegħi” – Matthew

“Dan il-premju mhuwiex biss ta’ unur u sodisfazzjon kbir għalija, għalija jfisser premju għall-mod ta’ kif irnexxieli negħleb l-ostakli li sibt minħabba d-diżabilitá tiegħi.” Dan kien kliem Matthew Giordmaina li rebaħ il-premju soċjetá ġusta għall-attiviżmu u l-ħidma tiegħu fis-settur turistiku, bl-għan li dan is-settur ikun aktar aċċessibbli.
Aqra aktar

“Inti ħija l-kbir u l-idolu tiegħi, Inħobbok għal dejjem” – Oħt Matthew Caruana

Matthew Caruana, raġel ta’ 25 sena kien l-aħħar vittma ta’ inċident bil-mutur li seħħ  fi Triq il-Kosta. Kienu l-bosta li x’ħin raw ir-ritratti tal-vittma, li ntebħu li kienu għadhom kemm tilfu ħabib u membru familjari tagħhom. Kienu biss messaġġi sbieħ u ta’ tifħir għal dan iż-żagħżugħ, li tilef ħajtu f’mewta traġika.
Aqra aktar

Aktar minn 800 mejta – mistennija aktar

In-Nazzjonijiet Magħquda avżat li jridu jgħaddu diversi jiem sakemm ikun stabbilit l-impatt kollu tal-urugan Matthew, hekk kif in-numru ta’ imwiet tela’ għal iktar minn 800.

Din iċ-ċifra rdupjat u jaf tgħola iktar hekk kif gruppi tas-salvataġġ qed jidħlu f’żoni li nqatgħu għalihom minħabba l-maltempata.

Aqra aktar

Aktar minn 300 mejta u eluf ta’ djar meqruda

 

L-urugan qattiel Matthew li bħalissa qed jiddomina n-Nofsinhar ta’ Ħaiti, ikkawża l-mewt ta’ aktar minn 300 persuna.

Waħda mill-ibliet ewlenin tal-pajjiż spiċċat bi tmenin fil-mija tal-binjiet meqruda għal kollox, filwaqt li f’belt oħra nqerdu mat-tletin elf dar.

Aqra aktar

Send this to a friend