matthew azzopardi – One News

Notifiki

FILMAT: Tislima mhux tas-soltu

Mijiet inġabru biex jagħtu l-aħħar tislima lil Matthew Azzopardi, ż-żagħżugħ ta’ 26 sena li tilef ħajtu fil-bidu ta’ sena ġdida. Dan iż-żagħżugħ kien dilettant tal-karozzi u tal-muturi u għalhekk dawk viċin tiegħu ddeċidew li jagħtu tislima mhux tas-soltu lil Matthew.

Aqra aktar

Qed ipoġġu wiċċ Matthew mal-karozzi tagħhom

Poġġejt ir-ritratt ta’ wiċċek fuq wara tal-karozza tiegħi għax naf kemm ma kellekx grazzja magħha. Kiteb hekk ħabib kbir ta’ Matthew Azzopardi, żagħżugħ ta’ 26 sena li sfortunatament kien l-ewwel vittma ta’ inċident tat-traffiku ta’ din is-sena.

Sieħbu Anton Farrugia fil-messaġġ tiegħu fuq is-sit soċjali Facebook jgħid li waqt li kien fi triqtu lura lejn id-dar, ra aktar sewwieqa li kellhom l-istess stampa mwaħħla mal-vettura tagħhom.

Aqra aktar

Il-ġimgħa tingħata l-aħħar tislima lil Matthew Azzopardi

Il-ġimgħa 6 ta’ Jannar se tingħata l-aħħar tislima lill-Matthew Azzopardi, żagħżugħ ta’ 26 sena li tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku propju mal-bidu ta’ sena ġdida. Din kienet mewta traġika li ħasdet il-familjari u l-qraba tiegħu, b’mijiet jikkumentaw fuq is-sit soċjali facebook, dwar il-karattru ferrieħi ta’ Matthew.

Aqra aktar

Matthew Azzopardi – L-ewwel vittma tat-triq fl-2017

Is-sena 2017 bdiet fuq nota negattiva, hekk kif it-toroq Maltin raw il-mewt traġika taż-żagħżugħ Matthew Azzopardi. Ixxukjati bl-aħbar, dawk li kienu jafu lil Matthew poġġew fuq facebook messaġġi emozzjonali. Kif tidħol fuq il-profil ta’ Matthew, tinnota li l-ewwel ritratt li ssib kien propju l-mutur tiegħu, iżda min qatt kellu jgħidlu li kellu jkun hu r-raġuni li ma jħallihx jara d-dawl tal-2017?

Aqra aktar

Send this to a friend