matteo salvini – One News

Notifiki

Ara x’kienu l-kummenti tal-mexxejja politiċi fl-Italja

Il-Ministru għall-Intern tal-Italja u Kap tal-Lega Nord, Matteo Salvini, għamel sejħa għall-elezzjoni bikrija fl-Italja. Dan wara li qal li d-differenzi li jeżistu fil-koalizzjoni m’hemmx ċans li jkunu solvuti.

Fl-Italja hemm Gvern ta’ koalizzjoni bejn il-Lega Nord u l-moviment Cinque Stelle u fl-aħħar xhur beda jidher iktar ċar li Salvini kien qed jieħu triq għalih.

Tul il-jum tal-ġimgħa Salvini insista għal iktar minn darba li l-Italja għandha biss triq waħda, dik ta’ elezzjoni mill-iktar fis. Aqra aktar

Il-Kaptan tas-Sea Watch 3 tinħeles mill-arrest

Il-Kaptan tas-Sea Watch 3, Carola Rackete, inħelset mill-arrest it-Tlieta wara li ma nstabitx ħatja li poġġiet ħajjet bosta persuni fil-periklu fil-ħin li kienu abbord il-bastiment. Il-mara, li għandha 31 sena, qalet li minn dejjem poġġiet is-saħħa u ħajjet l-immigranti l-ewwel, anke qabel kwistjonijiet politiċi.

Il-Ministru għall-Intern Taljan Matteo Salvini qal li l-kaptan kisret liġijiet marittimi, tant li ddeskriva għemilha bħala att ta’ gwerra. Dan għaliex Rackete ma tatx kas twissija mill-Gvern Taljan biex l-immigranti ma jiddaħlux f’port sigur fl-Italja.

F’Qorti f’Agrigento, il-mara spjegat li kienet taf bil-konsegwenzi ta’ għemilha, iżda għażlet li tagħmel ta’ rasha wara li rat f’liema stat emozzjonali u fiżiku kienu fih l-immigranti abbord.

Send this to a friend