Matsec – Page 2 – One News

Notifiki

Sejħa ta’ Interess għal Supervisors u Invigilators

Id-Dipartiment tal-Eżamijiet fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qed jilqa’ applikazzjonijiet mingħand persuni li jixtiequ jservu bħala Centre Supervisors jew Invigilators fiċ- ċentri tal-eżamijiet waqt l-eżamijiet tas-SEC, eżamijiet lokali, u eżamijiet oħrajn ta’ barra.

Aqra aktar

1,400 student kisbu ċ-ċertifikat tal-MATSEC

  • ANALIŻI DETTALJATA TMERI RAPPORT LI ĠABUH BISS WIEĦED MINN TLIETA
  • KWAŻI SUĊĊESS TA’ 50%

Analiżi dettaljata tal-istatistika dwar ir-riżultati tal-MATSEC turi li kienu kważi nofs l-istudenti li pprovaw jiksbu l-kwalifika taċ-ċertifikat tal-MATSEC, biex jidħlu l-Università, li rnexxielhom jagħmlu dan. B’hekk din l-analiżi xxejjen rapport li qal li kienu biss 34%, jew wieħed minn kull tlieta tal-istudenti, li ssodisfaw dawn il-kriterji.

Dario Pirotta Direttur tal-bord tal-MATSEC ikkonferma li “dan ‘il-fatt’  ma joħrogx minn analizi dettaljata tal-istatiska ippreżentata. Din turi li 4019-il  kandidat resqu għall-eżamijiet tal-Matrikola fil-livell Avvanzat u Intermedju. Dan ma jfissirx li kollha resqu għas-sitt suġġetti mitluba biex jikkwalifikaw għaċ-ċertitifikat tal-Matrikola.”

Aqra aktar

MATSEC tagħti kumpens ta’ 5% fuq il-marka miksuba fil-‘listening comprehension’ tat-Taljan

Fi stqarrijal-Bord tal-MATSEC dwar il-listening comprehension tas-SEC tat-Taljan qal li l-marki miksuba mill-istudenti din is-sena jikkomparaw tajjeb mal-marki li nkisbu mill-istudenti s-sena li għaddiet u ta’ qabel. Minkejja dan, il-MATSEC iddeċidiet li tagħti kumpens ta’ 5% fuq il-marka miksuba f’din il-parti tal-eżami.

Wara numru ta’ ilmenti li saru dwar il-kwalità tal-awdjo tal-eżami tal-listening comprehension tas-SEC tat-Taljan, il-Bord tal-MATSEC mill-ewwel beda’ jinvestiga biex tiddetermina l-aħjar azzjoni sabiex jiġi żgurat li l-ebda student ma jiġi żvantaġġat.

Aqra aktar

Ġenitur jinsisti li anke fl-Ispanjol kien hemm problemi waqt l-eżami

L-uffiċċju tal-MATSEC qal li se jkun qed jinvestiga wara li rċieva diversi ilmenti  wara s-sessjoni ta’ ‘listening comprehinsion’ tat-Taljan. Dan wara li l-istudenti lmentaw kif ma setgħux jisimgħu sew u għalhekk kienu ħafna dawk li kitbu jew ikkuntatjaw lil Matsec.

Kien hemm madwar 1,600 student li kellhom dan l-eżami li jgħodd 21% tal-marka globali.

Wara li l-MATSEC ħabbru li se jinvestigaw, ġenitur kitbilna jsostni li l-istess problema nqalgħet waqt l-eżami tas-smigħ tal-Ispanjol nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Marzu, fl-istess ċentru tal-ezamijiet.
Fi kliemu: “Dakinhar is-sound tas-silta moqrija ma kienx ċar. Apparti minn hekk, il-bibien infetħu fl-16:00 meta l-ezami kellu jibda fl-16:00 bil-konsegwenza li wħud mill-istudenti spiċċaw poġġew bilqiegħda fl-16:10. Minħabba f’hekk, uħud mill-istudenti ma ngħatawx bizzejjed ħin sabiex jaqraw il-mistoqsijiet dwar is-silta minn qabel hekk kif jitolbu l-proċeduri tal-eżami. Jien, bħala ġenitur, ressaqt l-ilment tiegħi permezz ta’ emails varji lid-Direttur tal-Matsec u lill-Kap tat-taqsima tal-Lingwi tal-Matsec li ili se ssir l-investigazzjoni meħtieġa”. Aqra aktar

Times New Roman? Verdana? Arial?

Snin ta’ tħejjija akkademika u xhur ta’ studju ħafna drabi jissarfu f’sagħtejn eżami fejn kollox jaf jagħmel id-differenza.

Saħansitra qed jingħad li anke t-tipa li tintuża fil-karta tal-eżami tista’ tbiddel xi ftit il-burdata tal-istudent. U fi stħarriġ tal-MATSEC Support Unit irriżultat ix-xewqa fost l-istudenti li jkun hemm bidla fit-tipa.

Minnu rriżulta li Times New Roman li qed tintuża bħalissa, mhix ċara biżżejjed għal istudenti.  U t-tipa Verdana hija favorita fost l-istudenti għaliex hija iktar ċara, kif spjega uffiċċjal tal-Matsec Support Unit, Gilbert Zahra.

Aqra aktar

Send this to a friend