Mater Dei – Page 7 – One News

Notifiki

L-MTA tferraħ ħames entitajiet lokali tal-karità

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal darb’oħra ġabret somma sabiħa sabiex tkun tista’ tipprovdi donazzjonijiet lil ħames organizazzjonijiet tal-karità lokali li kienu: Dar il-Kaptan, il-Fondazzjoni OASI, Pink October, Carer for Stray and Abandoned Felines (CSAF) u s-sala Fairyland fl-Isptar Mater Dei.

Il-fondi għal dan il-ġest inġabru mill-ħaddiema tal-MTA waqt attivitajiet varji li saru tul is-sena, bħal ‘dress down days’ u l-bejgħ ta’ insalati tal-frott, minbarra affarijiet oħra tal-ikel. Saret ukoll attività b’rabta ma’ Pink October, li magħtulha nġabru aktar donazzjonijiet. Dan minbarra lotteriji li permezz tagħhom komplew jiżdiedu l-fondi.

Aqra aktar

Aġġornat: Jaqa’ erba’ sulari minn irdum fin-Nadur

Ġuvni ta’ 27 sena waqa’ madwar 4 sulari waqt passiġġata ħdejn it-Torri ta’ kenuna fl-akkwati tan-Nadur f’Għawdex.

Dan ġara għall-ħabta tas-14.30.

Issejħet l-għajnuna tal-pulizija u membri tal-protezzjoni ċivili li talbu aktar għajnuna mill-Forzi Armati ta’ Malta għaliex il-persuna ma setgħetx tittella’.

Ir-raġel ittella’ permezz ta’ helicopter u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri min ġrieħi ta’ natura gravi.

Aktar dettalji malli jaslulna.

Aġġornat bil-filmat: Żewġ persuni l-isptar wara ħabta

Żewġ persuni li kienu fuq mutur ttieħdu l-isptar Mater Dei wara li seħħet ħabta bejn mutur u karozza f’ St. Luke’s Road, Gwardamangia.

Dan ġara għall-ħabta tal-11.00 hdejn il-bini tal-Aġenzija Appoġġ. Immedjatament marru l-pulizija tad-distrett fuq il-post.

Il-mutur kien tat-tip Reiju Marathon 125, misjuq minn raġel ta’ 52 sena residenti Ħal Balzan li kellu riekeb miegħu raġel ta’ 43 sena residenti Tas-Sliema u karozza tat-tip Volkswagon Jetta, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 48 sena li joqgħod iż-Żurrieq. Ir-resident ta’ Tas-Sliema ġie ċċertifikat li qed isofri min grieħi ta’ natura gravi.

Ir-raġel ta’ 52 sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. Filwaqt li l-kundizzjoni tar-raġel ta’ 43 sena għadha mhux magħrufha.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Influss qawwi ta’ pazjenti f’Mater Dei

Hekk kif it-temp xitwi daħal ġmielu u ħafna bdew jaraw kif jagħmlu sabiex isaħħnu darhom, eluf ta’ Maltin fosthom tfal spiċċaw fis-sodda bl-influwenza.

Minkejja li għall-maġġoranza tan-nies din ma tfisser xejn għajr ftit jiem ta’ mistrieħ id-dar, għal uħud dan jista’ jġib aktar problemi serji li kultant jistgħu jpoġġuhom f’xifer il-mewt.

Kawża ta’ dan, l-Isptar Mater Dei qed jara influss qawwi ta’ pazjenti bid-Dipartiment tal-Emerġenza u numru kbir ta’ swali jispiċċaw jaħdmu qatiegħ sabiex joffru l-aqwa kura possibbli lill-pazjenti f’dan il-perjodu tas-sena.

Aqra aktar

L-Isptar Mater Dei jiċħad “aħbar falza mill-midja Nazzjonalista”

L-aħbar irrappurtata llum bi prominenza fuq il-media Nazzjonalista dwar apparat mediku f’Mater Dei li mhux qed ikun sterelizzat, hi aħbar falza u intenzjonata biss biex tallarma. Qal dan l-Isptar Mater Dei permezz ta’ stqarrija.

L-Isptar Mater Dei ċaħad kategorikament li qed juża xi strumenti li mhux sterelizzati kif suppost. Aqra aktar

Raġel l-isptar wara inċident f’Marsaskala

Raġel ittieħed l-isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Marsaskala.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:30 ta’ dalgħodu fil-Bypass ta’ Marsaskala meta vettura tat-tip Citroen Berlingo misjuqa minn raġel ta’ 56 sena residenti l-Fgura kellha mpatt ma’ vettura tat-tip Range Rover misjuqa minn mara ta’ 42 sena residenti Ħal-Qormi.

Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq tal-vettura Berlingo l-isptar Mater Dei.

Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

 

Il-mobile se jibda jfakkrek li għandek appuntament fl-Outpatient’s

L-Isptar Mater Dei se jibda jfakkret b’SMS jekk għandek appuntament fid-dipartiment tal-Outpatient.

L-SMS se jkun fih dettalji, bħall-isem tal-klinika fejn tattendi, id-data u ħin tal-appuntament, il-lokalità tal-pazjent u l-inizjali tiegħu jew tagħha.

Dan il-messaġġ li tirċievi fuq il-mobile se jkun jidher simili għal dan li hawn fl-istampa. Aqra aktar

Send this to a friend