Mater Dei – Page 4 – One News

Notifiki

L-isptar wara li tinqeleb b’karozza f’Birzebbugia

Tfajla minn Birzebbugia ttieħdet l-isptar wara li nqalbet bil-karozza.

Minn informazzjoni li kiseb One.com.mt kienu għall-ħabta tal-17:30 ta’ filgħaxija meta t-tfajla ta’ 19-il sena li kienet qed issuq karozza tal-għamla Skoda Fabia ħabtet ma’ SUV Nissan Qashqai  misjuqa minn mara Ingliża ta’ 45-il sena minn Marsaskala. Mal-impatt l-karozza misjuqa mit-tfajla Maltija nqalbet.

Aqra aktar

ARA: Pazjenta fl-isptar Mater Dei titlob talba partikolari dwar il-Pupa tagħha

Aktar kmieni llum l-istaff tal-isptar Mater Dei ġie mitlub talba partikolari mingħand pazjenta li ddaħħlet l-isptar ftit jiem biss ilu. Ġara li meta l-pazjenta ttieħdet l-isptar, ħalliet wara lil Pupa; kelba ċkejkna u bdiet tinkwieta dwarha.

Wara li saru l-arranġament meħtieġa u anke koordinazzjoni bejn il-pulizija tad-distrett tal-Ħamrun, is-sezzjoni tal-Animal Welfare u Moira Delia, l-istaff irnexxielu jintervjeni fejn sabu lil Pupa waħedha; tawha x’tiekol u x’tixrob u ħaduha ġo xelter sakemm sidtha stess terġa’ tmur lura tiġborha la tirrikovera ruħha mill-isptar Mater Dei.

Ġest tassew ħelu mill-istaff tal-isptar Mater Dei.

ARA: Tibda titħaddem sistema ġdida ta’ arja kkundizzjonata f’Mater Dei

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne dalgħodu xegħel l-ewwel chiller minn 14 li se jkunu jifformaw parti mit-tagħmir meħtieġ għat-tħaddim ta’ arja kundizzjonata f’kull parti tal-Isptar Mater Dei. It-tagħmir il-ġdid se jkun qiegħed jieħu post dak li qed jitħaddem bħalissa u li kien ġie installat fis-sena 2003. Il-proġett huwa stmat li se jkun jiswa’ €6.5 miljun.

Aqra aktar

Send this to a friend