marzu 2018 – One News

Notifiki

Imħabbra r-raba’ edizzjoni tal-Gozo Sports Awards

 

Għar-raba’ sena konsekuttiva l-Gozo Sports Board se jorganizza l-Gozo Sports Awards. Dawn l-awards jingħataw biex ikun hemm apprezzament denju u xieraq lil dawk li jaħdmu biex jaslu fejn jixtiequ u anke lil dawk li jgħinu biex iwasslu lil ħaddieħor għas-suċċess.

Aqra aktar

Aġġornat: Jinżammu arrestati wara sejba ta’ 40 kilo droga

Is-Sibt tressqu l-Qorti t-tliet irġiel arrestati waqt rejd fil-Ħamrun nhar il-Ħamis, liema rejd waqtu nstabu erbgħin kilo ta’ droga allegatament kannabis.

Austin Mallia ta’ tlieta u tletin sena u Michele Artale taljan ta’ seba u erbgħin sena ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest wara li ġew imressqa l-qorti mixlija b’pussess ta droga allegatament kannabis misjuba fl-istess operazzjoni.

Flimkien ma’ dawn iż-żewġt irġiel tressaq il-Qorti wkoll Taljan ieħor ta’ tlieta u erbgħin sena Sandro Lo Presti li ġie arrestat waqt li kienet għadejja l-interogazzjoni tat-tnejn l-oħra.

Huma ġew mixlija wkoll li impurtaw u li assoċjaw rwieħhom biex tinbiegħ u tiġi traffikata din il-droga u li kellhom fil-pussess tagħhom din is-sustanza f’ċirkustanza li turi li ma kinitx għall-użu esklussiv tagħhom.

Fil-Qorti d-difiża mmexxija mill-Avukati Christopher Chircop u Arthur Azzopardi talbu għall-ħelsien mill-arrest. Madankollu l-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Kevin Pulis u Jonathan Cassar oġġezzjonaw għal din it-talba.
Dawn tal-aħħar argumementaw li l-investigazzjoni b’rabta ma’ din is-sejba għadha għadejja u tista’ twassal għal iżjed sejbiet, u għad hemm xhieda pajżana li għad trid titla tixhed. Għaldaqstant jekk dawn jingħataw il-ħelsien mill-arrest din ix-xhieda tista’ tiġi kkontaminata.

Il-Maġistrat ma laqgħatx it-talba tad-difiża tal-ħelsien mill-arrest u għalhekk it-tliet irġiel se jinżammu arrestati.
Madankollu bi qbil bejn id-difiża u l-prosekuzzjoni – iż-żewġ Taljani ser jinżammu arrestati b’mod separat fil-faċilita korettiva ta’ Kordin u l-Malti ser jinżamm arrestat fit-taqsima forensika fl-Isptar Monte Karmeli fuq talba tal-istess difiża  dan anke jekk ma jbati mill-ebda kundizzjoni mentali. Dan biex ikun evitat kull kuntatt bejn l-akkużati.

Fuq talba tal-prosekuzzjoni it-tliet akkużati kellhom l-assi kollha tagħhom iffriżati.

Aġġornat: Fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ 3 sulari fil-Belt Valletta

Bulgaru ta’ 55 sena residenti San Pawl il-Baħar waqa’ tliet sulari llum, għall-ħabta tal-10.15am. Il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa fond fi Triq it-Teatru l-Antik kantuniera ma’ Triq Sant’Ursola, il-Belt Valletta.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fil-post u minn ivestigazzjonijiet preliminari li saru, irriżulta li r-raġel waqa’  waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni ġewwa l-istess fond.

Aqra aktar

Is-suspettati bil-bomba fil-Fgura se jitressqu l-qorti s-Sibt filgħodu

Is-suspettati bil-bomba li tqiegħdet ma’ vettura ta’ negozjant Għawdxi li jgħix il-Fgura se jkunu qed jitresqu l-qorti kmieni s-sibt filgħodu.

Dan wara li mill-investigazzjonijiet intensivi li għamlet il-pulizija matul il-jum, stabbilixxiet li l-irġiel li arrestat f’operazzjoni delikata matul il-jum tal-ħamis kienu l-moħħ wara l-bomba li tiqegħdet mal-vettura u li b’xorti tajba ma ħaditx.

Malta tikkontribwixxi għal miżuri favur l-infurzar u l-effiċjenza tal-vapuri

Il-Ministru Ian Borg iltaqa’ mas-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) Kitack Lim f’Londra.

Il-Ministru qal li Malta hija tabilħaqq sors ta’ appoġġ sod għall-programm tal-kooperazzjoni teknika, u hija kommessa li tkompli tagħmel l-almu tagħha biex tkompli tiżviluppa programm bħal dan. Bħala turija tal-appoġġ kontinwu ta’ Malta għax-xogħol siewi tal-IMO, speċjalment fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-Ministru Borg qal li Malta se tkun qiegħda tikkontribwixxi s-somma ta’ £10,000 għall-‘ITCP TC Global Programme on the effective implementation and enforcement of energy efficiency measures for ships’.

Aqra aktar

Western Union Business Solutions tiċċelebra l-ftuħ ta’ uffiċċju ġdid

 

Il-Ministru tal-Finanzi, il-Professur Edward Scicluna, illum inawgura l-uffiċċju l-ġdid ta’ Western Union Business Solutions fil-W Business Centre f’Birkirkara. Bħala wieħed mill-fornituri ewlenin fid-dinja ta’ ħlasijiet tan-negozju cross-border, Western Union Business Solutions jgħin lin-negozji ta’ kull daqs sabiex dawn jamministraw il-pagamenti internazzjonali tagħhom l-fluss ta’ flushom.Aqra aktar

Għada jsir il-pellegrinaġġ bl-istatwa devota tar-Redentur tal-Isla

Għada l-Ġimgħa, 9 ta’ Marzu, fis-18:00, l-Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi l-pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ Ġesù Redentur u wara jiċċelebra Quddiesa fil-Bażilika stess.

Huwa mistenni li jattendu ħafna nies għal din il-purċissjoni.

Ir-Redentur tal-Isla bħala statwa tmur lura għall-1727. Kienet wegħda fi żmien il-pesta tal-1813 fejn il-kapitlu tal-Kolleġġjata wiegħed li jekk il-belt teħlisha minn dan l-inkwiet, issir purċissjoni kull sena mhux biss fi żmien l-Għid iżda wkoll oħra f’Ġunju.

Send this to a friend