martina fenech – One News

Notifiki

“Attakkajt il-kanċer tas-sider qabel attakkani hu”- Martina

Sena u nofs ilu, din it-tfajla serqet il-qlub tas-segwaċi ta’ ONE News wara li tkellmet magħna dwar kif iġġieldet il-battalja kontra l-kanċer għal ħames snin sħaħ minkejja li għandha biss 22 sena. Martina Fenech baqgħet imsemmija għall-qlubija tagħha u l-pożittività li dejjem għexet biha minkejja l-mewġa li ħakmitha.

Issa, fix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, Martina stqarret li eżami mediku li sar fuqha ftit taż-żmien ilu, reġa’ kellu riżultat negattiv għat-tfajla.

“Hemm ċans kbir li jaqbadni l-kanċer fis-sider, imma għall-grazzja t’Alla dan l-eżami tani ċ-ċans ta’ prevenzjoni. Għadni kif qomt minn operazzjoni maġġuri fejn neħħejt sidri kollu”.

Omm Martina tilfet il-battalja mal-kanċer tas-sider lejlet l-ewwel tas-sena fl-2012. Aqra aktar

Wara battalja missielta ta’ ħames snin…

Kull persuna għandha storja, passat, kapitlu mimli mewġ li ħafna drabi, dak li jkun iħallih jaħkmu u jbidlu f’persuna negattiva li ma għadiex kapaċi tħares lejn il-ħajja minn lenti pożittiva.

Martina Fenech mhix waħda minn dawn il-persuni. Tfajla ta’ tmintax-il sena, li propju sena ilu tkellmet ma’ One News dwar il-vjaġġ li għamlet fi ġlieda kontra l-marda tal-kanċer, vjaġġ li kien għadu ma ntemmx.

Sena wara, Martina reġgħet iltaqgħet magħna, din id-darba b’ton kemm xejn differenti. Il-kanċer li heddidha għal ħames snin sħaħ, tilef il-battalja kontriha.

Aqra aktar

Send this to a friend