Martin Scicluna | One News

Notifiki

Il-Partit Nazzjonalista jinsab fl-inkwiet – Martin Scicluna

Il-Partit Nazzjonalista jinsab fl-inkwiet. Din hi l-opinjoni tal-opinjonista u ħassieb Martin Scicluna dwar il-Partit Nazzjonalista. Partit li ġarrab ir-raba’ telfa elettorali storika.

Fuq The Times of Malta Martin Scicluna kiteb dwar l-inkwiet intern u finanzjarju li qed jesperjenza l-Partit Nazzjonalista.

Scicluna saħaq li n-Nazzjonalisti qegħdin jagħmlu ħajjithom diffiċli iktar milli hi, għal xejn b’xejn.

“Hemm bzonn kruċjali li dawk in-nazzjonalisti li għadhom jopponu għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, jingħaqdu wara l-Kap tagħhom” qal Martin Scicluna.

”The PN is in trouble. It is financially bankrupt” zied Martin Scicluna. Żied jgħid li l-Partit Nazzjonalista jinsab maqsum sew fejn m’għandux biżżejjed voti biex jinfluwenza b’xi mod jew ieħor kwistjonijiet fil-parlament. Qal li dan jagħmlu fallut politikament ukoll.

Aqra aktar

Martin Scicluna janalizza l-karattru ta’ Simon Busuttil; “lightweight”

Ċar kristall dwar kif fit-tlieta ta’ Ġunju rridu ngħażlu bejn Joseph Muscat u Simon Busuttil, l-opinjonista u ħassieb Martin Scicluna kiteb il-ħsibijiet tiegħu dwar il-karattru tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Fit-Times of Malta qal li t-test tal-aħħar erba’ snin kien dwar kif Simon Busuttil esprima t-tmexxija tiegħu b’mod nazzjonali.

Hemm numru ta’ deċiżjonijiet li ttieħdu fl-aħħar erba’ snin li jitfgħu dubju dwar il-ġudizzju ta’ Simon Busuttil u jekk għandux karattru b’saħħtu biex imexxi l-pajjiż.

Aqra aktar

Martin Scicluna dwar Busuttil; irresponsabbli u f’relazzjoni bla “dinjità” ma’ DCG

“Irresponsabbli”. Hija din il-kelma li uża l-opinjonista Martin Scicluna biex iddeskriva l-karattru tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, li f’artiklu dettaljat fit-Times of Malta, analizza s-sitwazzjoni politika attwali ta’ pajjiżna.

Scicluna nnota r-rabta bejn Daphne Caruana Galizia u Simon Busuttil u ddeskriva din ir-relazzjoni bħala mhux l-iktar waħda dinjituża għall-Kap tal-Oppożizzjoni.

“The Caruana Galizia tail is wagging the Busuttil dog – not the most dignified or inspiring position for the Opposition leader to find himself in”.

Aqra aktar

FILMAT: Iċ-‘check list’ ta’ Martin Scicluna

Meta dalgħodu kienet ippreżentata l-analiżi dettaljata li saret biex l-American University of Malta tingħata l-liċenzja ta’ università, iċ-ċerpersin tal-Kummissjoni għall-Edukazzjoni Ogħla, Martin Scicluna, ta sensiela ta’ raġunijiet għaliex mis-settur edukattiv ukoll din l-applikazzjoni kienet waħda li tgħamel sens. Hawn taħt il-mistoqsija u t-tweġiba li ta Scicluna fuq diversi temi. Aqra aktar

Send this to a friend