Marsaxlokk | One News

Notifiki

Mara ta’ 64 sena tittajjar minn karozza f’Marsaxlokk

Olandiża ta’ 64 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza f’Marsaxlokk il-Ħamis waranofsinhar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:10pm fi Triq Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk, meta l-mara ttajret minn karozza tat-tip Peugeot Bipper misjuqa minn ġuvni ta’ 21 sena minn Ħaż-Żebbuġ. Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħa lill-mara b’ambulanza l-isptar għall-kura. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Skali ġodda għas-sajjieda f’Marsaxlokk

B’investiment ta’ €700,000 beda x-xogħol fuq it-tiswija u l-bini mill-ġdid ta’ għaxar skali jew kif magħrufa slipways li jintużaw mis-sajjieda fil-Port ta’ Marsaxlokk.

Il-proġett li hu ko-finanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea qed isir f’fażijiet differenti u mistenni jkun lest sas-sajf li ġej hekk kif talbu s-sajjieda Xlukkajri.

Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg qal ma’ ONE News li dan il-proġett se jikkontribwixxi fl-ekonomija Maltija u s-sajjieda kienu ilhom is-snin għatxana għalih.Aqra aktar

Ħames lokalitajiet jibbenefikaw mill-iskema ta’ Xogħlijiet ta’ Restawr għall-Kunsilli Lokali

Ħames lokalitajiet, li huma Marsaxlokk, Birżebbuġa, Santa Venera, Ħal Għaxaq u l-Manikata (Mellieħa), se jibbenefikaw mill-iskema ta’ Xogħlijiet ta’ Restawr għall-Kunsilli Lokali, skema li tinħareġ mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali permezz tad-Direttorat tar-Restawr b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali.

Aqra aktar

Inawgurat l-ewwel parkeġġ f’Marsaxlokk

Medda ta’ art mimlija skart tal-kostruzzjoni f’Marsaxlokk inbidlet f’parkeġġ li jesa’ madwar 250 vettura b’investiment ta’ madwar milju u nofs ewro..

Il-Ministru Konrad Mizzi qal li dan il-proġett jagħmel parti minn proġett li mistenni jirriġenera r-raħal tas-sajjieda f’għadd ta’ fażijiet.

Aqra aktar

BĦALISSA: Raġel fi triqtu lejn Malta wara li ġie salvat f’nofs ta’ baħar

Ekwipaġġ mit-taqsima Marittima ta’ Forzi Armati Maltin jinsab fi triqtu lejn operazzjoni ta’ salvataġġ biex jinġieb Malta raġel li jinsab fuq dinghi f’nofs ta’ baħar biex jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei.

Ir-raġel li x’aktarx għandu madwar 18-il sena u li hu mill-Kosta tal-Avorju, ġie salvat minn bastiment bl-isem ta’ SeaWatch 3 li hu parti mill-flotta ta’ NGO li tissorvellja l-ibħra biex issalva l-immigranti. Hu mifhum li r-raġel kien ma grupp ta’ persuni oħra fuq dinghi f’ nofs ta’ baħar, 25 mil nawtiku l-barra mill-kosta ta’ Marsaxlokk.

Sorsi qrib l-operazzjoni qalu lil one.com.mt li l-ekwipaġġ Malti se jirritorna lura lejn il-bażi f’ Haywharf għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija fejn hu mistenni li jkun hemm tim mediku jistenna biex jassisti lil dan ir-raġel.

BIL-FILMAT: Parkeġġ ta’ 250 karozza f’Marsaxlokk

Il-proġett għar-riġenerazzjoni ta’ Marsaxlokk qed jitkompla permezz ta’ fażi importanti oħra li qed issir b’investiment ta’ miljun u nofs ewro u li bdiet fis-sebgħa u għoxrin ta’ Novembru li għadda.

Fażi li tinkludi l-iżvilupp ta’ parkeġġ wara l-grawnd tal-futbol ta’ Marsaxlokk.

Aqra aktar

Send this to a friend