marsaskala | One News

Notifiki

Jinstabu boroż bid-droga waqt rejd fil-lejl li għadda f’Marsaskala

Minn tfittxija li saret matul dan illejl, il-pulizija tar-Rapid Intervention Unit waqfu vettura f’Marsaskala misjuqa minn raġel ta’ 40 sena residenti l-Marsa, u fl-affarijiet personali tiegħu, instabet  borża  b’70  gramma  suspettata  ħaxixa  tal-kannabis,  borża  b’diversi  qratas  suspettata  d- droga kokaina u kif ukoll sustanza oħra suspettata r-raża tal-kannabis.

Aqra aktar

Bibien b’numri ġodda fin-Naxxar u Marsaskala

 

Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:

Triq l-Arzell u Triq il-Bajja, Marsaskala, u Triq Donald Harrison Smith, In-Naxxar, li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tas-6 ta’ Novembru 2018, u jidher ukoll fil-website tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni ‘Pubblikazzjonijiet’.

Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mis-6 ta’ Novembru, 2018.

Jitlaq kollox minn idu biex jgħin raġel b’diżabbilità

Ħaddiem barrani li xogħolu huwa t-tindif tat-toroq f’Marsaskala lbieraħ filgħodu lemaħ raġel diżabbli li kellu bżonn l-għajnuna. Telaq kollox minn idejh u mar jgħinu minħabba li l-iscooter li jsuq sab diffikultà biex jgħaddi minn fuq ir-ramel u l-alka li tela’ l-art bil-maltemp.

Aqra aktar

Jibda l-bini ta’ skola primarja ġdida f’Wied il-Għajn

Qabad sew ir-ritrmu fuq il-bini ta’ skola primarja ġdida għas-subien u l-bniet f’Marsaskala.

L-iskola l-ġdida se tkun qed tilqa’ fiha madwar erba’ mija u ħamsin student u studenta biex tlaħħaq maż-żieda fir-residenti ta’ din il-lokalita’, bl-iskola primarja eżistenti se tibqa’ topera ladarba tiftaħ il-bibien l-iskola l-ġdida.

Aqra aktar

Send this to a friend