Marlene Mizzi | One News

Notifiki

L-MPE Marlene Mizzi: Il-baġit għandu jservi biex l-Erasmus+ ikun aċċessibbli għal kulħadd

Id-Deputat Parlamentari Ewropew Marlene Mizzi saħqet fuq il-bżonn li l-program Erasmus għandu jkun aktar inklussiv u miftuħ biex aktar żgħazagħ ikunu jistgħu jesperjenzaw skambji ta’ tagħlim fl-Ewropa. Hija qalet dan matul id-dibattitu fil-plenarja tal-Parlament Ewropew “Erasmus: Il-Programm tal-Unjoni għal Edukazzjoni, Taħriġ, Żgħażagħ u Sport”.

Aqra aktar

Marlene Mizzi: L-MEPs għandhom jaħdmu dejjem fl-interess taċ-ċittadini tagħhom u ta’ pajjiżhom

Waqt id-diskussjoni pubblika “L-Ewropa fis-Suq mal-MEPs Maltin” l-Ewroparlamentari Marlene Mizzi saħqet li l-MEPs għandhom jaħdmu dejjem fl-interess taċ-ċittadini u tal-pajjiż. L-attività, imtellgħa mill-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta u l-MEUSAC fis-Suq tal-Belt, laqqgħet MEPs Maltin, kandidati għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew  u l-pubbliku.

Aqra aktar

 L-MPE Mizzi: Bżonn ta’ aktar fondi għal programmi edukattivi u kulturali transkonfinali

 

 

Hi u tindirizza l-Parlament Ewropew, fir-rwol tagħha ta’ rapporteur fil-kumitat CULT, dwar dispożizzjonijiet speċifiċibl-għan ta’ koperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġjata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern, l-MPE Marlene Mizzi qalet li “dawn l-istrumenti ta’ finanzjament huma kruċjali jekk irridu li jkollna Unjoni li tappartjeni liċ-ċittadini, u li tagħtihom importanza irrispettivament min fejn ġejjin.

Aqra aktar

L-MEP Marlene Mizzi żżomm mal-wegħda ta’ telefonati orħos fl-UE

 Il-Parlament Ewropew illum ivvota biex ikun hawn telefonati orħos bejn stat membru u ieħor fl-Unjoni Ewropea.

Il-Membru tal-Parlament Ewropew, Marlene Mizzi, kelliema għall-Grupp S&D u shadow rapporteur fuq ir-rapport leġiżlattiv dwar il-Kodiċi Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi saħqet: “Mill-15 ta’ Mejju, 2019, iċ-ċittadini Ewropej mhux se jibqgħu jinkwetaw dwar prezzijiet għoljin meta jċemplu lill-familji u lill-ħbieb tagħhom f’pajjiż ieħor tal-UE. L-ispejjeż ta’ telefonati fl-UE se jiġu limitati, biex ma jibqgħux jeżistu kontijiet eċċessivi u esaġerati għal telefonati internazzjonali, meta jsiru lejn stati membri oħrajn tal-UE.” Aqra aktar

L-MPE Marlene Mizzi ser tmexxi n-negozjati marbutin ma’ Brexit

Il-Membru tal-Parlament Ewropew Marlene Mizzi se tmexxi n-negozjati bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kummerċ u s-sikurezza tal-karozzi, vetturi u prodotti relatati wara Brexit. Sussegwentement din il-leġiżlazzjoni tiġi inkorporata fin-negozjati attwali bejn l-UE u r-Renju Unit dwar l-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fl-2019.

Il-leġiżlazzjoni tiżgura li ma jkun hemm l-ebda xkiel fl-industrija tal-karozzi, li hija attur ekonomiku qawwi kemm fl-UE kif ukoll fir-Renju Unit, u telf konsegwenzjali ta’ impjiegi, filwaqt li ċ-ċittadini jkunu assigurati bl-istandards tas-sigurtà tal-UE.
Aqra aktar

MEP Marlene Mizzi: “Bżonn ta’ aktar fondi għall-kultura u l-edukazzjoni”

Bħala kelliema u rapporteur tal-S&D fil-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (CULT) fil-Parlament Ewropew, l-MPE Marlene Mizzi enfasizzat li hemm bżonn investiment akbar fl-oqsma tal-kultura u l-edukazzjoni. Hija qalet dan fir-rapport tagħha dwar Fondi Ewropej bħall-Interreg, l-EDRF u strumenti ta’ finanzjament Ewropej oħrajn. Ir-rapport ġie vvotat b’maġġoranza b’saħħitha. Aqra aktar

L-MPE Mizzi tisħaq fuq it-trasparenza fl-Istrateġija tal-Akkwist Pubbliku tal-UE

Hija u titkellem fis-sessjoni tal-plenaria fi Strasburgu, l-MPE Marlene Mizzi sejħet għal strateġija aktar trasparenti fl-interess taċ-ċittadin, tal-entitajiet privati u dawk tal-Gvern.

Fl-indirizz tagħha, Mizzi argumentat favur Pakkett Strateġiku għall-Akkwist Pubbliku li jipprovdi pjan lill-istati membri li huwa konformi mal-progress diġitali tal-lum il-ġurnata. Hija ħeġġet lil dawk li għandhom interess dirett fuq livell nazzjonali kif ukoll Ewropej biex jaċċettaw dan il-pakkett li ġie ppreżentat. “Dan huwa pakkett strateġiku li huwa aktar aċċessibbli għaċ-ċittadin u l–entitajiet privati u pubbliċi. Fuq kollox ikompli jżid it-trasparenza fuq dawn iil-kwistjonijiet,” qalet Mizzi.Aqra aktar

Issir iċ-ċerimonja tal-iffirmar tar-regolament tal-Portal Diġitali Uniku

Waqt il-plenarja ta’ din il-ġimgħa fi Strasburgu saret iċ-ċerimonja tal-iffirmar uffiċjali għar-regolament tal-Portal Diġitali Uniku. Din iċ-ċerimonja ssir meta r-rapporti leġiżlattivi jkunu għaddew mill-istadji kollha u approvati mill-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropej. Din il-leġiżlazzjoni tmexxiet mill-MPE Marlene Mizzi. Il-President tal-Parlament Ewropew, Antonio Tajani, u Juliane Bogner-Strauss, Ministru Federali fil-Kanċellerija Federali għan-Nisa, il-Familji u ż-Żgħażagħ, f’isem il-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill, iffirmaw il-leġiżlazzjoni.Aqra aktar

Il-Parlament Ewropew jaddotta r-Rapport Mizzi dwar il-Portal Diġitali Uniku li se jiġi infurzat fl-istati membri kollha tal-U.E.

B’din il-leġiżlazzjoni Marlene Mizzi saret l-ewwel MPE minn Malta li mexxiet rapport leġiżlattiv mill-istadju tal-kumitati, trijalogi u l-vot finali fil-plenarja tal-Parlament Ewropew.

Ir-Rapport Mizzi dwar il-Portal Diġitali Uniku (Single Digital Gateway) irċieva rispons b’saħħtu u pożittiv illum il-Ħamis, 13 ta’ Settembru, b’530 vot favur, 61 kontra u 17-il astensjoni waqt l-aħħar plenarja fi Strasburgu. Din il-leġiżlazzjoni se tiġi infurzata fl-istati membri kollha.Aqra aktar

Send this to a friend