marlene farrugia | One News

Notifiki

Marlene Farrugia ma tirtirax il-kelma ġbejna

Il-membri parlamentari Marlene Farrugia qalet lill-iSpeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia li ma kinitx se tirtira l-kelma ġbejna li biha indirizzat lis-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri l-bieraħ fil-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp.

Meta mitluba mill-iSpeaker biex tirtira l-kelma għax ma kienx lingwaġġ parlamentari, Marlene Farrugia qalet li fil-kuntest li qalitha kienet l-aktar kelma idonja u ma kinitx se tirtiraha. L-iSpeaker qal li allura se jieħu passi ulterjuri.

Il-kumitat kien qed jiddiskuti talba ta’ Godfrey Farrugia u Marlene Farrugia għal diskussjoni dwar il-proposta għall-estenzjoni taż-żona industrijali ta’ Bulebel.

Spiċċat il-koalizzjoni, żdiedet il-konfużjoni

Bi tmiem tal-ftehim ta’ koalizzjoni bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Demokratiku, li kkontestaw bħala lista waħda fl-elezzjoni ġenerali, żdiedet il-konfużjoni li diġa’ kienet tinħass meta l-Oppożizzjoni suppost kellha l-istess whip u l-istess linja fil-Parlament. Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija fejn spjega li l-poplu spiċċa lanqas jaf fejn qiegħed mal-oppożizzjoni li issa hija mifruda iktar minn qatt qabel.

Aqra aktar

L-Oppożizzjoni tikkonferma kemm hi bla pjan

 

Fl-ewwel okkażjoni li kellu fil-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra, il-Gvern offra biex isir dibattitu dwar it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet nhar it-Tnejn li ġej. Dan fid-dawl tat-talba tal-Oppożizzjoni t-Tnejn li għadda biex titwaqqaf seduta diġà skedata.Aqra aktar

Marlene tal-Malta rekords!

Ħafna jitkellmu fuq Marlene Farrugia. Min ifaħħarha, min imaqdarha. Iżda ħadd għadu ma ferħilha tar-rekord li kisret!

Ir-rekord m’għandux jaqsam mal-platti tal-Banda li tant huma għal qalbha, (anke lili jogħġbu) Marlene Farrugia kisret rekord ieħor.  Farrugia hija l-unika persuna f’Malta li rriżenjat minn tliet partiti differenti. Mhux milestone?Aqra aktar

IL-PD BLA KAP

Il-Partit Demokratiku jinsab bla Kap. 

Dan wara li fuq Facebook Marlene Farrugia ħabbret li rriżenjat minn Kap b’mod immedjat anki jekk huwa mistenni li l-Kap l-ġdid jinħatar f’Ottubru.

Dan ifisser li nħoloq vojt u għal kuntrarju tal-Partit Nazzjonalista li għandu Kap caretaker, il-Partit Demokratiku jinsab bla Kap.
Aqra aktar

Ma jafx kemm hemm membri

Godfrey Farrugia ma jafx kemm hemm membri eliġibbli biex jaħtru l-Kap u l-Eżekuttiv tal-Partit Demokratiku.

F’kummenti ma’ ONE News ikkonferma li m’għandux idea ta’ kemm il-Partit Demokratiku għandu membri iżda min-naħa l-oħra m’eskludiex li jikkontesta għal Kap tal-Partit Demokratiku.

Il-Kap preżenti Marlene Farrugia saħqet li mhix se tikkontesta għat-tmexxija tal-Partit Demokratiku minħabba li fi kliemha trid tiffoka fuq prioritajiet oħra.

Aqra aktar

Send this to a friend