mark camilleri – One News

Notifiki

“Il-ħila tan-nies komuni fl-iżvilupp tal-pajjiż”

Il-Prim Ministru Joseph Muscat feraħ lil Mark Camilleri li fl-aħħar publikazzjoni tiegħu dwar l-istorja ta’ Malta  jagħti valur lil dawk li ħafna drabi fil-passat kienu injorati – ‘in-nies komuni’, dawk li, bis-saħħa u l-ħila tagħhom, ikkontribwew fl-iżvilupp u l-prosperità tal-pajjiż.

Kien il-Ħamis waranofsinhar li l-Prim Ministru ġie ippreżentat b’kopja tal-ktieb A Materialist Review of Maltese History: 1919-1979.Aqra aktar

Il-Klassi tax-xogħol strumentali fil-Ħelsien ta’ Malta

Il-ġlieda ta’ Malta għall-Indipendenza kienet konsegwenza tal-ġlieda tal-klassi tax-xogħol għall-ħelsien politiku bejn 1919-1979. Dan qalu Mark Camilleri waqt it-tnedija tal-ktieb A Materialist Revision of Maltese History: 1919-1979 (Pubblikazzjoni SKS) fil-Bibljoteka Nazzjonali, Valletta.

Aqra aktar

Borg Olivier jersaq lejn il-Kommunisti wara l-Independenza

Dokumenti ġodda li ġew skoperti waqt il-laqgħat tal-Kabinett tal-Gvern Nazzjonalista juru li wara l-Indipendenza tal-1964 il-Prim Ministru George Borg Olivier kien deċiż li jniedi relazzjonijiet uffiċjali mal-Unjoni Sovjetika. Minkejja t-twissijiet kważi ossessivi tal-Arċisqof Mikiel Gonzi, u wara l-qilla tal-inkwiet politiku-reliġjuż tas-snin ta’ qabel bejn Dom Mintoff u l-Knisja preċiżament fuq din il-kwistjoni, bis-solitu mod kwiet tiegħu Borg Olivier fittex li jitħabbeb mas-Sovjetiċi.

Aqra aktar

Multa wara botta u risposta fuq ktieb

Awtur ta’ ktieb weħel multa ta’ mitt ewro wara li bi kliemu hedded liċ-Chairman tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri.

Quddiem il-Maġistrat Joseph Mifsud, ġie spjegat li Andrew Gerald Sciberras kiteb lil Camilleri fejn qallu li se jġagħlu jibla’ snienu minħabba li hu deherlu li ċ-Chairman għadda kummenti diskriminatorji fil-konfront ta’ pubblikazzjoni tiegħu.

Wieħed mill-kotba tal-akkużat kellu jiġi ġġudikat għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb iżda ġie allegat li ċ-Chairman tal-Kunsill kien diġà żeblaħ il-ktieb tal-akkużat permezz ta’ kummenti fuq facebook.

Aqra aktar

Il-ħobża ta’ kuljum kruċjali fil-kitba tal-istorja

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-ħobża ta’ kuljum hija kruċjali fit-tfassil u fil-kitba tal-istorja tal-ġens Malti. Muscat qal li d-diffikultajiet u l-kundizzjonijiet materjali li n-nies f’Malta u madwar id-dinja ħabbtu wiċċhom magħhom tul iż-żmien huma elementi importanti fil-kitba tal-istorja.Aqra aktar

Send this to a friend