mard – Page 5 – One News

Notifiki

50 miljun persuna fl-UE jbatu minn mard kroniku

“Health at a Glance: Europe 2016”, rapport konġunt bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-OECD ippubblikat illum, juri li l-istennija tal-għomor issa taqbeż it-80 snin f’ħafna mill-pajjiżi tal-UE.

Madankollu, din l-istennija tal-għomor rekord mhux dejjem iġġib magħha snin ta’ ħajja b’saħħitha. Madwar 50 miljun persuna fl-UE jbatu minn ħafna mard kroniku, u kull sena aktar minn nofs miljun persuna fl-età tax-xogħol imutu minħabba fih, u dan jirrappreżenta spiża annwali ta’ madwar 115-il biljun EUR għall-ekonomiji Ewropej.
Aqra aktar

“L-antibijotiċi jistgħu iħallu effetti negattivi fuqek jew fuq it-tfal”

Fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Isptar Mater Dei tpoġġiet informazzjoni dwar l-antibijotiċi għall-ġenituri. F’din l-informazzjoni nsibu li l-antibijotiċi m’humiex effettivi għal kull tip ta’ virus li jittieħed bħal riħ komuni, influwenza, uġigħ fil-grizmejn, bronkite, numru ta’ sinuses u infezzjonijiet fil-widnejn. “L-antibijotiċi jaf iħallu effetti negattivi fuqek jew fuq it-tfal.”
Aqra aktar

Kif taqbad ittihom l-aħbar fuq binhom?

Il-Ministeru għas-Saħħa, f’kollaborazzjoni ma’ Allied Health Care Services u l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità qed torganizza konferenza partikolari.

Immaġinak professjonist fil-qasam tas-saħħa, u trid tispjega l-aħbar lill-ġenituri li wliedhom għandhom xi forma ta’ diżabilità jew inkella problema serja ta’ saħħa. Immaġina trid tispjega xi ħaġa simili lit-tfal fuq il-ġenituri tagħhom, jew inkella fuqhom stess.

Kif taqbad iġġib ruħek?

Aqra aktar

Maltin ifittxu “bomba intelliġenti” kontra l-kanċer

Riċerkaturi, fosthom Maltin, qed iwettqu riċerka dwar trattamenti ġodda għall-kanċer, bil-għan li iktar pazjenti jirbħu l-battalja kontra l-marda qerrieda.

Għall-ewwel darba, iċ-ċentru tal-onkoloġija Sir Anthony Mamo organizza konferenza nazzjonali dwar l-onkoloġija, fejn professjonisti tkellmu dwar il-kanċer u kif jistgħu itejbu s-servizzi mogħtija lill-pazjenti morda.

Intqal li madwar id-dinja wieħed minn kull żewġ pazjenti bil-kanċer ifiq. Il-konsulent fil-ġenetika, Christian Scerri, spjega li l-għan hu li dan in-numru jitla’ għal tlieta minn kull erba’.

“Li qed nagħmlu bħalissa fl-studju hu li nsibu x’fih eżatt dak il-kanċer, biex insibu trattament eżatt” stqarr magħna. Spjega li fil-mod kif jingħata t-trattament, bħalissa qisu qed jintefgħu bombi kullimkien fil-ġisem, ‘bħal zmien il-gwerra’. Issa jmiss li ‘nitfgħu bomba iktar intelligenti u li tmur eżatt fil-post fejn tridha’.

Aqra aktar

Rapporti ġodda tal-virus Zika

L-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa qiegħda twissi li hemm ċans kbir li l-virus Zika jkompli jinfirex fil-kontinent Ażjatiku.

Dan wara mijiet ta’ rapporti tal-virus f’Singapor, u rapporti ġodda fit-Taljandja.

S’issa dan il-virus instab f’sebgħin pajjiż, b’dsatax minnhom ikunu fl-Ażja. Fir-rapport tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tissemma l-possibilità ta’ iktar rapporti tal-virus Zika f’pajjiżi oħra li s’issa kienu ħelsu minnu.

Dan il-virus huwa inkwetanti l-iżjed għal nisa tqal, hekk kif ġie marbut ma’ difetti tat-twelid. L-akbar u l-agħar każijiet rreġistrata s’issa kienu fil-Brażil.

Messaġġ kuraġġuż miċ-ċkejkna Adreana

Wiċċ innoċenti bi tbissima li tisraqlek qalbek, l-ewwel żewġ affarijiet li jolqtuk f’Adreana, tifla ta’ sitt snin li qed tiġġieled l-marda tal-kanċer.

Iltaqajna ma’ din it-tifla u ommha, li bi kliem pożittiv u mimli kuraġġ qed iservu ta’ wens għal bosta ġenituri li għaddejjin mill-istess sitwazzjoni.

Segwu l-filmat.

Aqra aktar

Meta l-miżien imarrdek

F’Dinja fejn il-figura ideali tiddomina fil-midja sar faċli biex wieħed jaqa’ fin-nassa tal-eating disorders, battalja missielta li diffiċli li wieħed joħroġ minnha.

Miriana Testaferrata, tfajla ta’ għoxrin sena, rebħet din il-battalja kontra l-anoressija u il-bulimja, u issa qed tuża din l-esperjenza biex tqajjem għarfien dwar dawn id-diżordnijiet, li huma r-realta ta’ ħafna żgħażagħ.

Aqra aktar

“Miraklu hux, kind of!” – Bjorn Formosa

Meta Bill Gates, b’mod delikat, ġibed ħabel aħmar u abjad biex jixħet fuq rasu barmil mimli ilma bis-silġ, ftit ħasbu fil-motor neuron disease.

Iżda l-Ice Bucket Challenge, kampanja li nxterdet f’kemm ilna ngħidu fl-2014, ħalliet ħafna persuni famużi jtertru: Mark Zuckerberg, George W. Bush…anke Joseph Muscat u Simon Busuttil!

Permezz ta’ dik l-inizjattiva inġabru aktar minn $115 mijlun f’xahar wieħed.  B’hekk xjentisti għandhom żewġ affarijiet: il-fondi u r-rieda li jsibu kura, u donnhom jinsabu ftit iktar qrib. L-ewwel li għamlu kien li identifikaw tipi differenti ta’ ALS. Kmieni din il-ġimgħa, xjentisti mill-Università ta’ Massachusetts ħabbru li skoprew tip ta’ gene, magħrufa bħala NEK1, li se tgħin biex tkun żviluppata terapija għal ċertu forom tal-ALS.

Dwar dan tkellimna mal-Malti Bjorn Formosa, li għandu l-ALS u li qed jikkampanja kemm jiflaħ sabiex il-poplu jifhem xi tfisser din il-marda.

Aqra aktar

Send this to a friend