mard – Page 3 – One News

Tiftakruha l-Ebola? Saret sejba interessanti ħafna

Tiftakruha l-Ebola? Studju ppublikat fil-Proceedings of the National Academy of Sciences issa jista’ jiżvela li 61% tal-każijiet kienu kkaġunati minn 3% biss ta’ nies li kienu infettati. Hu mifhum li tfal u anzjani kienu fost dawk li l-aktar li xerrdu l-marda.

Issa hemm it-tama li billi jkun mifhum kif dawn it-3% irnexxilhom ixerrdu l-marda b’tant suċċess, wieħed ikun jista’ jipprevedi aktar mard fil-ġejjieni.

Aktar minn 28,600 persuna kienet infettata bl-Ebola bejn l-2014 u l-2015 fil-punent tal-Afrika, u 11,300 persuna tilfet ħajjitha.

122,000 infettati bl-HIV fl-Ewropa bla ma jafu

 

Huwa stmat li 122, 000 persuna fl-Ewropa huma infettati bl-HIV mingħajr ma jafu u jinfettaw persuni oħra. Dan qalu l-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant meta indirizza l-Konferenza “HEPHIV 2017” waqt li saħaq li l-pajjiżi għandhom jimxu mal-wegħda tagħhom li jtemmu l-epidemija tal-AIDS sal-2030.

“Ma hemmx post għall-kompjaċenza dwar dan.” qal Dr Sant. Madwar 30,000 każ ta’ infezzjonijiet ġodda tal-HIV ġew irrapportati mill-Unjoni Ewropea u mill-pajjiżi taż-żona Ekonomika Ewropea fl-2015. Din l-informazzjoni taqbel mal-osservazzjonijiet li saru fl-aħħar diċenju. L-inċidenza għolja tikkonferma l-persistenza tal-epidemija tal-HIV fis-soċjetajiet tagħna.

Dr Sant qal li l-virus tal-Ħepatite huwa theddida għas-saħħa pubblika aktar mill-HIV. Din il-marda għadha qed tikkawża epidemija silenzjuża. Ħafna minn dawk li jgħixu bil-virus tal-ħepatite ma jafux li huma infettati. Dan jitfagħhom f’riskju akbar għal komplikazzjonijiet severi, anki fatali, tal-marda.

Aqra aktar

Marlene Mizzi żżid l-għarfien dwar kanċers rari – issa hemm ‘checklist’

 

Il-Membru Parlamentari Ewropew Marlene Mizzi organizzat dibattitu politiku fil-Parlament Ewropew dwar il-bżonn ta’ politika kordinata bħala rispons kontra l-isfidi li ġġib magħha s-Sarcomas, kanċers rari li jaffettwaw miljuni ta’ persuni madwar l-Unjoni Ewropea.

Fil-messaġġ tal-ftuħ, il-Kummissarju tas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel, Vytenis Andriukaitis, assigura li l-European Reference Networks (ERNS) għal mard rari u kumpless se jkunu qed jaħdmu minn Marzu 2017.

Is-Sarcomas huma familja importanti ta’ kanċers rari. Hemm ‘l fuq minn 70 forma differenti ta’ Sarcomas, u dan il-fatt jagħmilha aktar diffiċli għat-tobba speċjalizzati biex jiżviluppaw it-trattamenti tagħhom, u għar-riċerkaturi biex isibu trattamenti effettivi għal kull forma differenti.

Aqra aktar

Illum il-jum dinji tal-kanċer

Illum huwa l-Jum Dinji tal-kanċer.

Marda li sfortunatament xi darba jew oħra tmiss b’xi mod jew ieħor lil kull familja.

Biex il-Gvern ikompli jgħin lill-pazjenti morda bil-kanċer, ħabbar li bdew jingħataw b’xejn mediċini li jittieħdu mill-pazjenti b’kanċer tas-sider, tal-frixa, tal-istonku u tal-fwied .

Mediċini li qabel ma kinux jingħataw b’xejn u l-pazjenti jew kienu jfittxu l-għajnuna mill-Community Chest Fund jew saħansitra jixtruhom minn buthom.

Aqra aktar

Jibgħat messaġġi ta’ theddid LILU NNIFSU – żviluppi ġodda fl-investigazzjonijiet dwar l-allegat każ ta’ visas mediċi

Il-gazzetta Maltatoday żvelat li mill-investigazzjonijiet li għamelt, il-Pulizija sabet li l-Libjan Khaled Ben Nasan, meqjus bħala whistleblower f’dan il-każ, kien jibgħat messaġġi ta’ theddid lilu inifsu.

F’Settembru tal-2016, il-Pulizija bdiet tinvestiga dan il-każ, wara li l-Libjan allega li l-impjegat taċ-ċivil Neville Gafa kien jitħallas l-eluf ta’ ewro minn ħlasijiet ta’ visas mediċi. Gafa li ċaħad dawn l-allegazzjonijiet u prezenta numru ta’ libelli kontra ġurnali lokali li ħarġu dawn l-istejjer.

Filwaqt li minn investigazzjoni illi għamlet, il-Pulizija qalet li ma rriżultalha xejn. Meta ħareġ b’dan l-allegat kaz, Ben Nasan qal lill-Pulizija li irċieva numru ta’ messaġġi anonimi ta’ theddid u telefonati fejn allega li minn ċempilu kien Malti.

Aqra aktar

L-isptar Karin Grech qed jilqa’ dawk li mardu minħabba t-temp kiesaħ

L-isptar Karin Grech qed jaħdem id f’id mal-Ministeru għas-Saħħa u unjins biex titnaqqas il-pressjoni minn fuq Mater Dei u pazjenti li għandhom mard serju kawża ta’ dan it-temp kiesaħ isibu post hemm.

Vitals Global Healthcare qal dan fi stqarrija, fejn Dr Stephen Zammit, kap eżekuttiv, spjega kemm huwa importanti li l-partijiet kollha jaħdmu id f’id f’dawn iċ-ċirkostanzi ‘straordinarji’.

Spjega li minkejja l-bżonn qawwi ta’ titjib infrastrutturali, il-livell ta’ kura f’Karin Grech huwa ta’ livell għoli ħafna, u l-investiment tal-Vitals f’din l-infrastruttura, ir-riżorsa umana u s-sistema tal-IT qed tkun ta’ nifs ġdid għal dan l-isptar.

 

 

Min jgħix fi triq prinċipali huwa f’riskju ikbar li jkollu d-dimensja

Nies li jgħixu qrib toroq prinċipali għandhom probabiltà ikbar li jkollom id-dimensja. Dan skont riċerka ppublikata fil-ġurnal The Lancet.

Saħansitra 11% tal-każijiet ta’ dimensja kienu fost nies li jgħixu ħamsin metru qrib triq prinċipali. Jista’ jkun li t-traffiku qed jikkaġuna din il-marda fil-moħħ.

Riċerkaturi osservaw żewġ miljun persuna f’Ontario, il-Kanada, fuq medda ta’ ħdax-il sena bejn l-2001 u l-2012. Ikkonkludew li t-tniġġiż fl-arja u t-traffiku storbjuż jistgħu jwasslu għal tnaqqis fl-abilitajiet tal-moħħ.

Aqra aktar

Leġionella fil-Parlament

It-traċċi nstabu ftit wara l-Milied, fil-latrini tat-tielet sular, wara testijiet rutina. Konsegwenza t’hekk, partijiet mill-binja tal-Palarment fil-Belt Valletta kellhom ikunu iżolati.

Aqra aktar

Send this to a friend