manutenzjoni | One News

Notifiki

648 imħarrka wara li nqabdu jarmu barra

Bejn Jannar ta’ din is-sena u s-Sibt 25 ta’ Awwissu, l-Aġenzija LESA rrapportat li b’kollox ġew imwidba 800 persuna u li minnhom tħarrku 648 b’rabta ma’ offiżi ambjentali. Dan ikompli juri biċ-ċar li l-uffiċjali tal-komunità, li fl-ewwel ta’ Mejju li għadda ġew trasferiti mal-aġenzija governattiva LESA, qegħdin ikunu aktar viċin il-bżonnijiet tal-komunità u issa l-infurzar lokali ma baqax biss limitat għall-kontravenzjonjiet tat-traffiku iżda qed jimraħ f’oqsma importanti oħra.
Aqra aktar

Tneħħija ta’ graffiti minn ma’ sound barriers tal-proġett tal-Kappara

Saret tindifa u tneħħew graffiti minn mas-sound barriers tal-proġett il-ġdid tal-Kappara minn ħaddiema tad-Divizjoni għat-Tindif u Manutenzjoni.

Dan huwa proġett ġdid li diġà attira vandaliżmu minn xi wħud irresponsabli flok apprezzament kif inhu xieraq.

Attent jekk se tgħaddi minn dawn it-toroq

Transport Malta u l-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir ser iwettqu xogħol f’partijiet minn Triq l-Assedju l-Kbir bejn illejla fit-8.00 ta’ filgħaxija u għada fl-4.00 ta’ waranofsinhar. Ix-xogħol ikompli nhar it-Tnejn 9 ta’ Jannar 2017 bejn it-8.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu. Waqt il-ħin tax-xogħol, dawn il-partijiet tat-triq ser ikunu magħluqa għat-traffiku.

Aqra aktar

Xogħol ta’ manutenzjoni fit-toroq fil-bidu tal-2017

Fil-jiem li ġejjien Transport Malta se tkun qed tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni f’żewġ toroq.

L-ewwel waħda tkun Vjal il-Labour in-Naxxar li se jsiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni bejn nhar it-Tnejn 2 u s-Sibt 7 ta’ Jannar 2017.  It-triq ser tibqa’ aċċessibbli b’xi partijiet jingħalqu f’xi ħinijiet kif jitlob ix-xogħol.

Aqra aktar

Xogħlijiet fi triq Aldo Moro, Marsa

Transport Malta ser tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni fi Triq Aldo Moro ħdejn ir-roundabout tal-Marsa, bejn il-lum u il-Ħamis 17 ta’ Novembru mit-8.00 ta’ filgħaxija sas-6.00 ta’ filgħodu.
Aqra aktar

Send this to a friend