manchester – One News

Notifiki

L-attakk b’sikkina fuq tliet persuni f’Manchester qed jitqies bħala reat terroristiku mill-Pulizija

L-attakk b’sikkina li sar f’Manchester, l-Ingilterra tul il-lejl tat-Tnejn qed jiġi trattat bħala attakk terroristiku mill-Pulizija. Tliet persuni, inkluż uffiċjal tal-Pulizija, sfaw midruba fl-istazzjon tal-ferrovija magħuf bħala Victoria waqt ċelebrazzjonijiet ta’ lejet l-Ewwel tas-Sena fil-belt Ingiliża.Aqra aktar

Uffiċjal tal-Pulizija jaqla’ daqqiet ta’ sikkina f’Manchester

Tliet persuni, inkluż Uffiċjal tal-Pulizija, sfaw midruba wara daqqiet b’sikkina fl-istazzjon tal-ferrovija magħruf bħala Victoria, f’Manchester, l-Ingilterra.

Ir-raġel ta’ 30 sena flimkien ma’ żewġ nisa ta’ ‘l fuq minn 50 sena ġew attakkati minn raġel ieħor. L-aggressur qed jinżamm arrestat b’rabta ma’ suspett ta’ attentat ta’ qtil. L-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ qed jitmexxew mill-Pulizija ta’ kontra t-terroriżmu.

Żewġt irġiel jinstabu mejta f’lukanda f’Manchester

Żewġt irġiel instabu mejta f’lukanda fiċ-ċentru ta’ Manchester, l-Ingilterra. Wieħed mill-vittmi, li għandu ftit iktar minn 20 sena, jidher li waqa’ milll-għoli fl-lukanda f’Portland Street, u miet fuq il-post.

Iktar tard, il-Pulizija sabet il-katavru tat-tieni raġel f’kamra fil-lukanda Brittania.

It-toroq fil-viċinanzi tal-lukanda bħalissa jinsabu magħluqa għat-traffiku sakemm il-Pulizija tinvestiga dan il-każ.

 

L-Air Malta se terġa’ tibda ttir lejn Manchester

Minn Mejju li ġej tas-sena 2018, il-linja nazzjonali Air Malta se tkun qed tirritorna t-titjiriet lejn Manchester.

“F’konformità mal-istrateġija ta’ tkabbir tagħha, l-Air Malta hija impenjata biex tkompli tespandi r-rotot u l-frekwenzi tat-titjiriet tagħha lejn l-ajruporti ewlenin tal-Ewropa. Id-deċiżjoni tal-Air Malta tqis numru ta’ fatturi, fosthom l-istrateġija kummerċjali aggressiva l-ġdida, prodotti u bidliet fit-tariffi li ser jitniedu daqt u ftehim kummerċjali mġedded ma’ Tour Operators ewlieni li ser jikkometti numru ta’ siġġijiet fuq kull titjira,” qal Dr. Konrad Mizzi, il-Ministru għat-Turiżmu.Aqra aktar

Send this to a friend