Manchester United – One News

Notifiki

Martial immultat minn Manchester United

L-attakant Franċiż ta’ Manchester United Anthony Martial mistenni li jiġi immultat ġimgħatejn paga wara li ma rrappurtax lura għat-taħriġ mar-red devils.  Martial ingħata permess li jħalli l-iskwadra ta’ Manchester United li kienet għaddejja b’tour fl-Istati Uniti hekk kif it-tfajla tiegħu kienet ser twelled.

Wara t-twelid tat-tarbija, Martial naqqas li jirritorna lura biex ikompli bit-taħriġ mal-iskwadra, xi ħaġa li urtat bil-kbir lil manager tat-tim Jose Mourinhio.  Martial tilef it-telfa li kellhom ir-red devils kontra Liverpool u r-rebħa tal-bieraħ kontra Real Madrid.

Aqra aktar

Alexis Sanchez kkundannat 16-il xahar ħabs sospiżi.

L-attakant ta’ Manchester United, Alexis Sanchez ġie kkundanat 16-il xahar ħabs wara li ffroda lid-Dipartiment ta’ taxxa fi Spanja fiż-żmien meta kien ma’ Barcellona.

Huwa ametta li iffroda €983,443 fis-snin 2012 u 2013.  F’Jannar Sanchez kien deher quddiem il-qorti permezz ta’ video link u ammetta li ma ddikjarax dħul mill-bejgħ ta’ imaġini tiegħu f’dak il-perjodi.  Sanchez ukoll aċettali jħallas il-flus kollha lura, flimkien ma’ interessi lit-teżor Spanjol.

Din mhiex l-ewwel darba li player evada it-taxxa, bl-aktar każ riċenti ikun dak ta’ Lionel Messi li fl-2016 meta ġie kkundanat 21 xahar ta’ priġunerija sospizi. Qabel, anke Javier Mascherano weħel sentenza ta’ priġunerija sospiża fuq każ simili.

Inċidentalment, it-tliet players kienu jilgħabu ma’ Barcellona.

60 sena mid-diżastru tat-tim ta’ Manchester United fl-ajru

Illum jaħbat is-60 sena mid-diżastru tal-ajru ta’ Munich li seħħ fis-6 ta’ Frar 1958 meta titjira 609 tal-British Airways Airways ikkraxxja wara li prova jagħmel inżul tliet darbiet fuq runway li kienet mgħottija bis-silġ fl-Ajruport Munich-Riem, fil-Ġermanja tal-Punent.

Fuq l-ajrupjan kien hemm it-tim popolari u maħbub tal-futbol: Manchester United, imlaqqam “Busby Babes”, flimkien ma’ partitarji u ġurnalisti.

Għoxrin mill-44 li kien hemm fuq l-ajruplan mietu fuq il-post. Dawk imweġġgħin, xi wħud minnhom mitlufin minn sensih, ittieħdu lejn l-Isptar Rechts der Isar f’Munich fejn tliet persuni oħra mietu, u b’hekk l-ammont tela’ għal 23 mejta u 21 li rnexxielhom isalvaw.

Imutu seba’ partitarji tal-Manchester United – bosta oħrajn midruba

Minn tal-inqas 7 partitarji tat-tim Mancehster United tilfu ħajjithom fin-Niġerja u oħrajn sfaw midruba wara li ħadu xokk tal-elettriku waqt li kienu qed jaraw l-partita li saret ilbieraħ filgħaxija fin-Niġerja.

Persuni li kienu fuq il-post qalu li l-ewwel raw dawl qawwi qabel ma cable tad-dawl tqaċċat minn mal-pilastru u waqa’ fuq għadd ta’ nies.

Aqra aktar

Send this to a friend