maltin – Page 5 – One News

Notifiki

Il-President tippreżenta r-realtajiet tan-nisa Maltin

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca indirizzat konferenza bl-isem ta’  ‘Are Female Employees Better Off at Work?’ organizzata mill-General Workers’ Union.

Minkejja l-avvanzi kbar favur l-ugwaljanza li seħħew f’pajjiżna matul iż-żminijiet, qalet il-President, għad hemm sitwazzjonijiet serji ta’ inugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel f’pajjiżna.

Spjegat is-sitwazzjoni attwali f’pajjiżna.

Aqra aktar

“LOW CULTURE GĦAX MALTI?”

Fost attivitajiet politiċi u ġrajjiet oħra, l-jum tal-Ħadd kien ikaratterizzat minn kumment dwar jekk ħanut tal-pastizzi hux ta’ livell għoli biżżejjed biex jilqa’ nies importanti bħal Prim Ministri.

Dan wara kumment fuq Facebook, fejn il-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Ann Fenech tkażat għax il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien ma’ martu u Prim Ministri oħra marru għand tal-pastizzi. Post li sejħet ‘common’ u ‘crude’.

Aqra aktar

140 talba f’ġimgħatejn għal irrestawra darek

Kollox jindika li qed toħloq interess sostanzjali l-iskema tal-Awtorità tal-Ippjanar biex persuni jirrestawraw id-dar tagħhom u jkunu megħjuna finanzjarjament. Fl-ewwel sejħa li fetħet biss ġimagħtejn ilu u tagħlaq f’April diġà kien hemm 140 persuna li ressqu t-talba tagħhom biex jipparteċipaw.

Periti li tkellmu mal-gazzetta KullĦadd qalu li n-numru ta’ talbiet se jkomplu jiżdiedu hekk kif bħalissa huma diversi l-klijenti li qed jagħmlu tħejjijiet biex jieħdu sehem fi skema li qed tkun meqjusa bħala waħda mill-iktar b’saħħithom fl-aħħar snin biex ikun hemm riġenerazzjoni tal-qalba tal-irħula u t-tħeġġiġ biex tintuża proprjetà antika u saħansitra mhux użata.

Aqra aktar

IMĦABBRA TLIET PROĠETTI KBAR li se jtejbu ħajjet il-Maltin

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Ian Borg ħabbar tliet proġetti li flimkien jammontaw għal kważi €80 miljun.

Dawn huma ‘One Tablet Per Child’, ‘Sintegram’ u ‘Converge’.

Il-One Tablet Per Child huwa proġett li jiswa kważi €12-il miljun, bil finanzi ġejjin mill-Fond Soċjali Ewropew.  Huwa proġett li minnu se jibbenifika l-Ministeru għall-Edukazzjoni u naturalment l-istudenti Maltin. Huwa proġett immirat li jipprovdi qafas tekniku, grazzi għat-tablets mgħotija lit-tfal, li jintużaw b’mod effettiv fl-ambjent ta’ tagħlim.

Aqra aktar

Il-Maltin mhux ħerqana dwar l-integrazzjoni

Il-Maltin isibuha diffiċli jintegraw ma’ nies ta’ nisel barrani u fost l-iktar gruppi li  l-Maltin għandhom ċertu diffikulta bihom hemm l-Għarab. 

Din waħda mid-diversi konklużjonijiet ta’ studji li kienu preżentati u diskussi f’simpożju fl-Università bit-tema l-Multikulturaliżmu, l-Integrazzjoni u l-Kuntatt fost gruppi etniċi f’Malta. 

Wieħed mill-istudji diskussi sar fi sbatax –il pajjiż, minbarra Malta, u kellu l-għan li jiddentifika xi jwassal għal multikulturaliżmu u xi jxekklu. Staqsa wkoll għaliex u x’inhuma l-bosta l-fatturi li jwasslu għal tensjoni soċjali bejn nies ta’ nisel differenti. 

Hawn irriżulta li f’kull soċjetà jkun hemm ċertu reżistenza għal ċerti influwenza u drawwiet ġodda minħabba l-biża li ċittadin li jkun f’artu jitlef l-awtonomija u l-poter tiegħu. 

Ir-riċerkatur, Gordon Sammut, spjega li din hi xi ħaġa li teżisti f’Malta iktar minn bnadi oħra fejn jirriżulta li l-Maltin huma l-iktar li jibżgħu jintegraw mal-barranin.

Aqra aktar

Tfal Maltin taħt l-età fuq Facebook

Is-sit soċjali Facebook sar ħaġa komuni fost iż-żgħażagħ. Sa minn età zgħira t-tfal qed ikunu jridu joħolqu profil fuq facebook. Fil-fatt f’Malta sebgħa u erbgħin fil-mija tat-tfal fl-iskejjel primarji għandhom profil fuq facebook minkejja li għadhom taħt l-età.

Aqra aktar

Il-Maltin f’burdata tajba

L-istħarriġ tal-Eurobarometer, li b’mod xjentifiku jipprova jistħarreġ il-burdata taċ-ċittadini fil-pajjiżi Ewropej, sab li dik tal-Maltin hija waħda tajba. Dan għax jemmnu li pajjiżhom miexi fid-direzzjoni t-tajba. Xi ħaġa li skont analiżi tal-KullĦadd kienet differenti sal-2012 l-aħħar sena ta’ amministrazzjoni Nazzjonalista.

L-istħarriġ wera li 81% tal-Maltin intervistati qalu li l-ekonomija Maltija sejra tajjeb. Dan huwa d-doppju ta’ dawk li wieġbu bl-istess mod fiż-Żona Ewro fejn hija l-minoranza taċ-ċittadini li jemmnu dan. Huwa wkoll differenti ħafna mill-istħarriġ tax-xitwa 2012, l-aħħar wieħed ta’ amministrazzjoni Nazzjonalista. Filwaqt li dakinhar 53% kienu wieġbu li l-ekonomija sejra ħażin, illum huma biss 9% tal-Maltin li jemmnu hekk.

Aqra aktar

Erba’ proġetti ta’ kważi €360,000 biex tissaħħaħ ir-rabta bejn Maltin u immigranti

 

Is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej Ian Borg ħabbar erba’ proġetti oħra li permezz tagħhom l-għaqda Russian-Maltese Cultural Association, il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, u il-Foundation for Shelter and Support to Migrants se jkunu qed jibbenefikaw minn kważi €360,00.

€270,000 jew aħjar 75% minnhom huma ffinanzjati mill-fondi tal-UE.

Fil-fatt l-awtorità responsabbli approvat iż-żewġ proġetti għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi, b’ammont ta’ €140,000 għar-Russian-Maltese Cultural Association, u ieħor f’isem il-Foundation for Shelter and Support to Migrants, liema ammont jlaħħaq għal madwar €100,000 – taħt il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni 2014-2020.

Aqra aktar

Il-maġġoranza tat-tobba Maltin kontra l-ewtanażija

Maġġoranza kbira ta’ 90.2% tat-tobba regġistrati f’Malta huma kontra l-introduzzjoni tal-ewtanażija.

Meta kien qed jindirizza laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa, Dr Jurgen Abela, li huwa lettur amnzjan fl-Università, qal li dan joħroġ minn stħarriġ li għamlu riċerkaturi mill-Malta Medical Journal.

Fis-survey ħadu sehem 39.3% ta’ 1,007 tabib. Minnu ħareġ ukoll li 11.9% tat-tobba kellu talbiet minn pazjenti li kellhom mard terminali biex itgemmu ħajjithom. Fl-ewropa, talbiet bħal dawn ilaħħqu bejn 34 u 71%.Aqra aktar

Send this to a friend