maltin – Page 2 – One News

Notifiki

BĦALISSA: Raġel fi triqtu lejn Malta wara li ġie salvat f’nofs ta’ baħar

Ekwipaġġ mit-taqsima Marittima ta’ Forzi Armati Maltin jinsab fi triqtu lejn operazzjoni ta’ salvataġġ biex jinġieb Malta raġel li jinsab fuq dinghi f’nofs ta’ baħar biex jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei.

Ir-raġel li x’aktarx għandu madwar 18-il sena u li hu mill-Kosta tal-Avorju, ġie salvat minn bastiment bl-isem ta’ SeaWatch 3 li hu parti mill-flotta ta’ NGO li tissorvellja l-ibħra biex issalva l-immigranti. Hu mifhum li r-raġel kien ma grupp ta’ persuni oħra fuq dinghi f’ nofs ta’ baħar, 25 mil nawtiku l-barra mill-kosta ta’ Marsaxlokk.

Sorsi qrib l-operazzjoni qalu lil one.com.mt li l-ekwipaġġ Malti se jirritorna lura lejn il-bażi f’ Haywharf għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija fejn hu mistenni li jkun hemm tim mediku jistenna biex jassisti lil dan ir-raġel.

Ara: Il-Bandiera Maltija tispikka f’selfie vidjo minn Brian May fl-O2 arena f’Londra

Grupp ta’ Maltin li attendew għall-Kunċert Queen u Adam Lambert fl-O2 Arena f’Londra, ħadu magħhom il-bandiera Maltija li spikkat appena l-kantant Brian May iddeċieda li jagħmel selfie vidjo u dar dawra u wera l-atmosfera f’dak il-mument.

Il-banidera Maltija tibda tidher fil-filmat fl-44 sekonda.

Il-Kunċert sar fit-13 ta’ Diċembru 2017; kunċert li għalih attendew eluf ta’ nies.

Lukandi mballati jirrifjutaw il-Maltin

Lukandi ewlenin f’pajjiżna qed jagħzlu li jillimitaw il-faċilitajiet tagħhom għall-użu tar-residenti biss.

Dan minħabba li f’dawn il-jiem għandhom numru kbir ta’ residenti, partikolarment turisti.

Biex dawk li riedu jgħaddu l-jum tal-għada ta’ Santa Marija f’xi waħda mill-pixxini ta’ dawn il-lukandi ma sabuhiex faċli.

Meta ONE NEWS nnota kummenti dwar dan fuq il-midja soċjali kkonfermajna b’eżerċizzju faċli ta’ telefonati.

Ċempilna f’numru ta’ lukandi, partikolarment dawk ta’ ħames stilel, u l-messaġġ kien wieħed.

Din id-darba biex tgawdi d-deckchair trid tkun ibbukjajt kamra.

Aqra aktar

Abbatini Maltin jiltaqgħu mal-Papa Franġisku

Numru ta’ abbatini Maltin bħalissa qed iservu fil-Bażilika ta’ San Pietru.

Biex illum kellhom okkażjoni speċjali hekk kif iltaqgħu mal-Papa Franġisku quddiem ir-residenza tiegħu Santa Marta. L-espressjoni fuq fomm it-tfal turi emozzjoni liema bħalha fil-mument li fl-istess ritratt magħhom kien hemm il-Papa Franġisku.

Aqra aktar

Send this to a friend