maltin | One News

Notifiki

Maltin u turisti jagħżlu lil Għawdex għall-btajjel tal-Għid

Il-btajjel tal-Għid u l-Ġimgħa Mqaddsa komplew iqajjmu l-ekonomija Għawdxija hekk kif numru kbir ta’ Maltin u turisti rħewlha lejn din il-gżira biex iqattgħu ftit jiem ta’ mistrieħ.

Tkellimna ma’ Joe Muscat mill-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu, li sostna li l-ewwel indikazzjonijiet qed juru li d-domanda għall-akkomodazzjoni f’Għawdex kienet tajba ħafna.Aqra aktar

Tliet kwarti tal-Maltin b’ottimiżmu għall-2019

Is-sens ta’ pożittività u ottiżmu fil-pajjiż kien ikkonfermat minn stħarriġ tal-gazzetta MaltaToday li wera li tliet kwarti tal-Maltin jistennew li s-sena l-ġdida se tkun waħda aħjar mill-2018.

Fil-fatt kwazi 46% qalu li jistennew li din is-sena se tkun ahjar minn dik li għada kif intemmet, b’ 3.4% biss iwieġbu li din is-sena se tkun agħar minn ta’ qabilha. Kważi 21% qalu li m’humiex ċerti.Aqra aktar

1,077 Malti jiksbu servizzi f’żoni remoti

L-idea nibtet fl-1969 fl-ewwel konvenzjoni għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta, u saret realtà f’Mejju ta’ sentejn ilu. Qed nitkellmu dwar is-servizz ta’ Consul of the Move, fejn Maltin li jgħixu f’żoni remoti barra minn xtutna jingħataw is-servizzi konsolari bħal passaporti u ċittadinanza. Servizz li diġà għamlu użu minnu elf u sebgħa u sebgħin persuna.Aqra aktar

Filmat: Il-Maltin li jinsabu fil-Libja huma kollha sikuri u ma jinsabu f’ebda periklu

Il-Maltin li jinsabu fil-Libja huma kollha sikuri u ma jinsabu f’ebda periklu.

Ikkonferma dan l- Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela, fid-dawl tal-kunflitti li eskalaw fi Tripoli l-Libja, f’din l-aħħar ġimgħa:

“Aħna bħala Gvern inkwetati li b’dak li qiegħed jiġri fil-libja. Anki għal Libjani stess. Minħabba l-proċess tal-elezzjonijiet fil-Libja li kellhom iwasslu għal stabilità”.Aqra aktar

Send this to a friend