Maltija – One News

Notifiki

Tennista Maltija ta’ 16-il sena fis-semi finali tal-Australia Open

It-tennista żagħżugħa Francesca Curmi għamlet isem għaliha u għal Mala dan hekk kif irnexxielha tagħmilha għas-semi finali fil-kampjonat Australia Open. Hija renxxielha tikseb rebħa impressjonanti fil-kompetizzjoni ‘junior doubles’ mal-kollega tagħha Loudmilla Bencheick minn Franza.

It-tnejn li huma rnexxielhom jiksbu rebħa kontra żewġ tfajliet Talandiżi. Fi tliet settijiet. Dawn il-kisbiet ifissru li l-Francesca Curmi flimkien mal-kollega tagħha huma biss tournament wieħed milli jagħmluha għal finali f’ Melbourne.

Wara l-kompetizzjoni fl-Awstralja, din it-tennista ta’ 16-il sena se tkun qed tipparteċipa f’kompetizzjonijiet oħra fi Franza, fl-Italja, fir-Renju Unit kif ukoll fl-Istati Uniti. Hija qed tiġi mħarġa minn Matthew Asciak, Francesco Palpacelli kif ukoll Marco Salerno.

“Daqskemm ħabbejt lit-tfal ma nħobb lil ħadd l-istess”- Maltija li għexet mal-familji fis-Sirja

Min hu mejjet għal qatra u min hu mejjet fis-sakra. Sfortunatament fid-dinja mhux kulħadd huwa xxurtjat biżżejjed li jgħix ħajja komda fil-lussu li jġib miegħu s-seklu 21.

Bħalissa mal-fruntiera bejn il-Libanu u s-Sirja hemm eluf kbar ta’ familji Sirjani li spiċċaw jgħixu f’kampijiet hekk kif art twelidhom, is-Sirja tinsab fi gwerra.

Tkellimna ma’ Lisa Caruana, tfajla Maltija li qattgħet xahar f’din iż-żona u flimkien ma’ dawn il-familji għexet il-ħajja kemm xejn iebsa li ġġib magħha l-gwerra:Aqra aktar

Bil-Filmat: L-ekonomija Maltija fil-quċċata taż-Żona Ewro- DBRS

Bi tkabbir ekonomiku li jlaħħaq il-5.9% fl-ewwel sitt xhur tas-sena, Malta ġiet ikklassifikata fl-ewwel post fost il-pajjiżi msieħba fiż-Żona Ewro. Dan fi klassifika magħmula mill-aġenzija tal-kreditu DBRS.

Fl-ewwel edizzjoni ta’ pubblikazzjoni ġdida, l-aġenzija tal-kreditu rrapportat li t-tkabbir ekonomiku ta’ Malta fl-ewwel sitt xhur tas-sena kien ħafna aktar ogħla mill-medja taż-żona ewro ta’ 2.3%.Aqra aktar

Żewġ suċċessi kbar oħra miksuba taħt il-Presidenza Maltija

Il-Presidenza Maltija rċeviet ħafna kummenti pożittivi dan għaliex kienet Presidenza effettiva li fl-aħħar sigħat tagħha wkoll għadha qed tikseb iktar suċċess.

Dan hekk kif tard l-Erbgħa filgħaxija ntlaħaq ftehim preliminari fuq il-produzzjoni organika fl-Unjoni Ewropea.

Permezz ta’ dan il-ftehim se jiddaħħlu regoli iktar moderni u uniformi fl-Unjoni Ewropea, bil-għan li jkun mħeġġeġ l-iżvilupp sostenibbli tal-produzzjoni organika u kompetizzjoni ġusta għall-bdiewa u l-operaturi.

Aqra aktar

Il-karta antika tal-għaxar liri u x’għandha x’taqsam ma’ llum

Tiftakruha l-karta antika tal-għaxar liri?

Fuqha kien hemm xena partikolari. Xena li tfakar f’98 sena ilu, meta erba’ Maltin ċarċru demmhom għall-inġustizzji li kien qed isofri l-poplu Malti taħt l-Ingliżi. Dan fl-avveniment tas-Sette Giugnio. Ftit wara l-ewwel gwerra dinjija, l-Ingliżi bdew ikeċċu n-nies mill-post tax-xogħol, għadd ta’ sensji ma naqasx l-għoli tal-ħajja. Sitwazzjoni li uriet biċ-ċar kemm filwaqt li l-klassi għolja kienet qed tgawdi, il-kumplament tal-poplu kien fl-għaks.

Nhar is-sebgħa ta’ Ġunju 1919 kellha tiltaqa l-Assemblea Nazzjonali biex titfassal l-Kostituzzjoni u jgħaddu lill-Gvern Ingliż. Kien f’dan il-mument li fil-Belt Valletta nġabret il-folla biex turi l-appoġġ tagħha. Il-folla tilfet il-kontroll meta f’ċertu ħwienet kien hemm tperper il-bandiera Ingliża.  Kien hawn li daħlu fi ħwienet , fil-Bibjoteka, l-istamperija tal-gazzetta The Daily Malta Chronicle u attakkat imħazen tal-qamħ li dak iż-żmien il-prezz tiegħu kien qed jogħla.

Aqra aktar

Il-Pulizija Maltija twissi dwar attakk fuq il-kompjuters

Il-Korp tal-Pulizija għamel referenza għal rapporti fil-midja internazzjonali dwar malware attack li sar fl-aħħar ġranet u li jidher li affetwa numru ta’ pajjiżi madwar id-dinja.L-attakk seħħ permezz ta’ virus li ħakem il-files tal-individwi u talab pagamenti. Esperti qed iwissu biex kumpaniji jiżguraw li għandhom sistema ta’ sigurtà tajba.

Aqra aktar

Send this to a friend