Malti | One News - Part 6

Notifiki

“Emendi fil-liġi tal-Malti se jsaħħu l-Kunsill Nazzjonali”

Entitajiet ewlenin tal-ilsien Malti juru tħassib tagħhom

B’reazzjoni għal dak li qalu s-sitt entitajiet tal-lingwa Maltija fi ħdan il-Kunsill waqt konferenza, li l-emendi proposti se jfaqqru l-ħidma tal-entitajiet akkademiċi li dejjem ħadu deċiżjonijiet dwar il-lingwa, dan għaliex l-emenda tgħid li l-Kunsill għandu jħaddan tlettax-il membru b’rappreżentati ġodda, il-Ministeru għall-Edukazzjoni saħaq li dawn l-emendi se jsaħħu l-Kunsill Nazzjonali tal-Malti.

Ġie spjegat li dwar din il-liġi saret konsultazzjoni pubblika wiesgħa u dettaljata li għaliha kien hemm rispons tajjeb minn kull persuna jew entità li ssottomettiet kritika u suġġerimenti kellha r-rispons tagħha analizzat u kkunsidrat.

Aqra aktar

Il-bidliet fl-Att dwar l-Ilsien Malti

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qal li japprezza l-argumenti miġjuba mis-sitt għaqdiet tal-Malti dwar l-emendi proposti lill-Att dwar l-Ilsien Malti. Fl-istess waqt iżda, il-Ministeru jixtieq jagħmilha ċara mill-ġdid li l-emendi lill-Att dwar l-Ilsien Malti se jsiru bil-għan li jissaħħaħ il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti u bl-ebda mod biex idgħajfuh b’nies mhumiex ikkwalifikati.

Il-Kunsill se jissaħħaħ, fost oħrajn, billi bis-saħħa tal-emendi se jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-ħidma tiegħu firxa usa ta’ nies ikkwalifikati u kompetenti minn entitajiet u għaqdiet li wkoll qegħdin jagħtu sehemhom fir-riċerka u l-iżvilupp tal-ilsien Malti, jiġifieri, id-Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjonijiet, Terminoloġija u Interpretazzjoni fl-Università ta’ Malta, l-Awtorità tax-Xandir, il-pubblikaturi Maltin u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. F’kull entità u għaqda rrappreżentata fil-Kunsill hemm persuni kompetenti u kkwalifikati li jistgħu jagħtu kontribut fix-xogħol tal-istess Kunsill u dawn se jinħatru mill-entitajiet infushom, bla ebda ndħil minn xi ministeru.

Aqra aktar

Ilu ġej 250 sena…

Riċetti antiki, qwiel li m’għadhomx jintużaw, drawwiet ta’ dari.

Ebda minn dawn ma huma assoċjati mad-dizzjunarji, iżda manuskritt li nkiteb fis-seklu tmintax żewweġ dan kollu mal-intenzjoni propja ta’ dizzjunarju.

Dan inkiteb mill-Kanonku Ġan Piet Franġisku Agius De Soldanis, u wara iktar minn 250 sena mistur, issa qed ikun mitbugħ għall-pubbliku.

Tkellimna ma dik li mexxiet it-tranżizzjoni minn manuskritt għal ktieb, Rosabelle Carabott.

Aqra aktar

Il-Liġi tal-Malti: min jaqbel u min ma jaqbilx mal-bidliet proposti

Sitt entitajiet tal-Malti ffirmaw stqarrija b’reazzjoni kontra emendi li ġew proposti mill-Gvern fil-Liġi tal-Malti.

Dawn huma l-Akkademja tal-Malti, id-Dipartiment tal-Malti fl-Università, id-Dipartment tal-Malti fil-Junior College, l-Istitut tal-Lingwistika fl-Università, l-Għaqda tal-Malti fl-Università u l-Għaqda tal-Qarrejja tal-Provi tal-Malti.

Il-kompożizzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti se tiġi aġġornata biex jiġu rikonoxxuti u inklużi entitajiet li qed jagħtu kontribut lill-ilsien Malti bil-ħidma tagħhom kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta.

Is-sitt entitajiet qed jgħidu li l-proposti se jdgħajfu l-Kunsill il-ġdid tal-Malti mill-aspett akkademiku. Jinsistu li għalkemm hija ħaġa tajba li r-rappreżentanza fil-Kunsill kibret b’erba’ membri ġodda, il-proposti tal-Gvern fihom tliet nuqqasijiet. 

Aqra aktar

Kelma kelma, xahar xahar

Kelma Kelma u l-Fondazzjoni Inspire ingħaqdu ma’ 12-il artist biex jagħtu esperjenza artistika li tħalli effett fil-ħajja ta’ nies fil-bżonn.

Tnax-il artist ta’ talent kbir u ta’ qalb kbira għamlu pittura oriġinali li tirrappreżenta wieħed mix-xhur tas-sena skont kif inhu mfisser f’qawl Malti. Il-qwiel marbuta mat-tnax-il xahar tas-sena ntgħażlu minn Dr Michael Spagnol li jmexxi l-paġna Kelma Kelma.

Il-pitturi ngħataw bħala donazzjoni lill-Inspire biex jitqiegħdu f’kalendarju tal-2017 li qed jinbiegħ b’risq il-Fondazzjoni Inspire. Il-kalendarju għandu żewġ għamliet: daqs A5 jiddendel jew joqgħod wieqaf waħdu fuq l-iskrivanija. Jinbiegħ €6.50 mis-sit elettroniku tal-Inspire, u l-prezz jinkludi l-posta f’Malta u Għawdex.

Aqra aktar

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti se jinbidel

Il-kompożizzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti se tiġi aġġornata biex jiġu rikonoxxuti u inklużi entitajiet li qed jagħtu kontribut lill-ilsien Malti bil-ħidma tagħhom kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta.

Meta introduċa t-tieni qari tal-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ilsien Malti, il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li issa l-Kunsill se jkun magħmul minn 13-il membru.

Il-president, maħtur mill-Prim Ministru, se jkun magħżul minn fost persuni stabbiliti u kwalifikati fl-istudju tal-Malti u li jiġu rakkomandati flimkien jew separatament mill-Akkademja tal-Malti u mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università.

Aqra aktar

Kevin Barun b’ħeġġa biex jara proġetti jitwettqu, inkluż dak tal-enerġija

Kevin Barun, li llum ħabbar li rriżenja minn sindku ta’ Birżebbuġa, stqarr magħna li x-xogħol ta’ Sindku kien għal qalbu ħafna, iżda kellu jieħu dan il-pass minħabba raġunijiet personali.

Sostna li għandu ħeġġa jara proġetti jitwettqu, fosthom il-pjan tal-Gvern favur enerġija aktar nadifa u aktar effiċjenti. Fakkar f’kemm-il proġett twettaq f’dawn l-aħħar snin f’Birżebbuġa.

“Min qed jgħid li jien irriżenjajt minħabba t-tanker ma jafx jaqra bil-Malti” qal Barun, b’referenza għal mod li bih il-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista dawru t-tħabbira tar-riżenja tiegħu.

Aqra aktar

Minn Għawdex u mil-Latvia: imħatra bejn il-kollegi saret storja ta’ mħabba u vjaġġar

Din l-istorja ta’ Miguel Refalo minn Għajnsielem, u Inese Podniece mil-Latvja.

Iltaqgħu fl-Ingilterra lura fl-2011 meta Miguel kien qed jaħdem bħala cabin crew mar-Ryanair, u Inese kienet qed tistħarreġ għall-istess impjieg.

“Jien u kollega tiegħi għamilna mħatra bejnietna bħala ċajta, fejn sfidajna lili xulxin nagħżlu isem ta’ tfajla minn fuq il-lista ta’ dawk li kienu qed jistħarġu, u noħorġuha għal drink.” – Miguel

Mingħajr qatt ma raha, Miguel għażel lil Inese.

Aqra aktar

Qormi jikseb suċċess f’Berlin

Żagħżugħ Qormi rebaħ l-OGAE Eurovision Song Contest f’Berlin, aktar kmieni dan ix-xahar. Sebastian Calleja li jgħodd it-tmintax-il sena iffaċja kompetizzjoni minn ħdax -il pajjiż ieħor.

Calleja beda jkanta ħdax-il sena ilu u bħalissa qed jiġi mħarreġ mill-kantant Glen Vella. Għaż-żagħżugħ dan mhux l-ewwel suċċess miksub hekk kif sentejn ilu kien għamilha mal-finalisti f’Sanremo Junior Malta u anki mar l-Italja jipparteċipa b’kanzunetta.

Send this to a friend