Malti | One News - Part 4

Notifiki

Manwal prattiku dwar l-ortografija tal-Malti għall-istudenti kollha

Għall-ewwel darba l-istudenti kollha ta’ Malta u Għawdex se jkollhom manwal prattiku dwar l-ortografija tal-Malti, bir-regoli l-ġodda kollha miġbura f’temi differenti biex l-istudenti jifmuhom aħjar.

L-awtur ta’ ‘Nikteb il-Malti Tajjeb’, Karl Scicluna, spjega kif kienet ilha tinħass il-bżonn għal ktieb tal-ortografija aġġornat li l-istudenti u l-għalliema jistgħu jużaw bħala referenza.

Aqra aktar

Mużika minn madwar id-dinja f’Sant Iermu

Dawn huma Tsuumi Sound System- folk band Finlandiża li f’Mejju li ġej se tagħti kunċert fil-Malta World Music Festival. L-ewwel festival f’pajjiżna iddedikat lill-mużika minn madwar id-dinja, li se jittella’ fid-dsatax u l-għoxrin ta’ Mejju.

Il-Festival, li se jittella’ f’Sant Iermu, se jara wkoll il-parteċipazzjoni tal-grupp Malti Brodu u TIWIZA- grupp ta’ mużiċisti Alġerini u Franċiżi li żewġu l-ġenerli tar-rock, jazz u folk.

Aqra aktar

Ġurnalist Malti fil-Polonja jikkummenta dwar l-MEP Pollakk li tkellem kontra n-nisa

Wara li Membru Parlamentari Ewropew Pollakk ħadha qatta’ bla ħabel kontra n-nisa ONE.COM.MT ħa l-kummenti ta’ ġurnalist Malti ibbażat fil-Polonja.

Roberto Galea li ilu sa mill-2004 jaħdem ma’ Polskie Radio (l-istazzjon nazzjonali tar-radju fil-Polonja) tkellem magħna dwar Janusz Korwin-Mikke, il-politiku eċċentriku.

Tista’ tisma’ l-kummenti tal-ġurnalist Malti hawn isfel.

Aqra aktar

“Inkomplu noħolqu sinerġiji biex inħeġġu l-għarfien tal-lingwa tagħna”

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ppresediet serata organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti u l-għaqdiet tal-Malti, fil-Palazz ta’ Sant’Anton fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Lingwa Materna.

F’diskors li għamlet, il-President Coleiro Preca, tkellmet fuq l-importanza li nkomplu noħolqu sinerġiji biex inħeġġu l-għarfien tal-lingwa tagħna, is-sabiħ tagħha, is-sens ta’ identità u profondità li tagħtina biex tassew turina aħna minn aħna.”

Menu Malti servut Brussell

Presidenza Maltija tfisser ukoll opportunità biex l-ikel tipiku Malti jkun esplorat. Dan anke fi Brussell, fejn fil-Parlament hemm għażla varja ta’ affarijiet mill-kċina tagħna. Għalkemm b’xi żball ortografiku ‘l hawn u ‘l hemm u b’titli pjuttost elaborati għal kif nafuhom aħna, hija ħaġa unika tara l-kwareżimal, qarbagħli u anke pastizzi mħallta fil-menu.

Aqra aktar

It-Taljani jgħidu li ‘Kewkba’ tat spinta lill-lingwa Maltija

Fis-sit Taljan Euromusica hemm artiklu dwar il-kanzunetta ‘kewkba’ ta’ Janice Mangion. It-Taljani osservaw li ftit li xejn jissemmew kanzunetti bil-Malti, avolja jkunu organizzati avvenimenti sħaħ iddedikati lill-lingwa Maltija. Tkun mużika ta’ livell tajjeb, qalu t-Taljani, imma spiss ‘il bogħod minn dak li huwa ‘mainstream nazzjonali’.

Osservaw li l-lingwa li tintuża għal skopijiet kummerċjali f’Malta hija l-Ingliż, u ħlief għal erba’ kelmiet bil-Malti li kienet żerżqet Claudette Pace b’Desire, il-Malti ilu nieqes mill-Eurovision Song Contest mill-1972. It-Taljani nnotaw li fil-kanzunetta ta’ Janice Mangion kien hemm nisġa sħiħa ta’ kliem ġej mit-Taljan, id-djalett Sqalli, l-Ingliż u l-Għarbi, fost influwenzi oħra.

Aqra aktar

Il-Malti fil-gwerra

Marc James  huwa Kap Eżekuttiv tal-Malta Boxing Commission, iżda l-iktar  esperjenzi li ttimbrawh kienu l-gwerer, fosthom tal-Iraq, tal-Afganistan, tal-Irlanda ta’ Fuq u tal-Bosnija-Herzegovina. Twieled Margate, Kent, l-Ingilterra u ta’ sentejn ġie Malta. Tkellimna miegħu dwar il-gwerra ta’ veru u dik ta’ fuq ir-ring.

Kif bdiet l-imħabba tiegħek għall-boxing? 

Fis-sekondarja kont immur Vincenzo Bugeja, il-Mosta. Missieri kien jagħtini 75ċ kuljum biex anke nkun nista’ naqbad tal-linja bihom. Kien hemm xi grupp ta’ studenti ikbar minni li kienu jibbuljawni u jisirquli dawn il-flus. Darba minnhom dħalt id-dar b’geddum sal-art u għedt b’kollox lil missieri. Missieri qalli biex ma nħabbilx rasi u nħalli f’idejh. Għaddew ġimagħtejn u darba sibt xkora fis-salott li kienet vojta, fejn stajt nagħti d-daqqiet ta’ ponn. Beda jgħallimni missieri d-dar u wara bdejt immur għand Bertu. Minn hemm qisha bdiet il-ħajra għall-boxing. Imma rrankjat sew kien meta kont fl-army l-Ingilterra u bilfors kelli nagħżel sport. Il-maġġoranza kienu jagħżlu l-futbol imam, barra l-futbol u r-rugby, kien hemm ukoll il-boxing. Għażiltu u bqajt involut fil-boxing.

Kont fl-army fl-Ingilterra. Naf li kont involut fil-gwerra fl-Afganistan u li din l-esperjenza għenitek fil-boxing. Irrakkontali l-istorja meta kont rajt ħafna nies imutu ħdejk. Kif qawwietek fil-karattru dik l-esperjenza? Aqra aktar

Qbil unanimu dwar l-emendi tal-liġi tal-Malti

Wara xhur ta’ konsultazzjoni u diskussjonijiet, intlaħaq qbil unanimu dwar l-emendi fl-Att dwar l-Ilsien Malti.

Pass li ġab is-sodisfazzjon għas-sitt għaqdiet tal-Malti f’pajjiżna, kif stqarr Olvin Vella, Lettur fid-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta u President tal-Akkademja tal-Malti.

L-emendi mistennija jwasslu biex il-Kunsill Nazzjonali tal-Malti jkun aktar demokratiku u rappreżentattiv, fid-dawl li issa se jkun hemm rappreżentanti tal-iskejjel tal-Knisja u tal-iskejjel Indipendenti, rappreżentant ieħor mill-Fakultà tal-Edukazzjoni, u l-akkademiċi li hemm l-Università se jibqgħu fil-Kunsill.  Dan flimkien ma’ rappreżentant tas-Segretarju Permenanti taċ-Ċivil.

Aqra aktar

Malti fost dawk li sawtu tfajla Russa fl-Italja

Raġel Malti u tliet tfajliet Ingliżi, li għandhom bejn it-23 sena u l-54 sena, kienu qed jiddeveru f’post tad-divertiment meta f’ħin minnhom, mingħajr ebda raġuni, qabdu jagħtu ma’ tfajla Russa fiċ-Ċentru ta’ Ruma. Dan skond rapport Corriera della Sera.

Qed jingħad li l-grupp xorbu aktar milli felħu hekk kif qabdu jagħtu ma’ tfajla Russa ta’ 27 sena, meta għal raġuni mhux magħrufa, bdew ifajru d-daqqiet ta’ sieq u bil-ponn.

Aqra aktar

Send this to a friend