maltemp | One News

Notifiki

“Illum qed nagħtu wiċċ lil ħafna persuni li taw servizz wara l-maltemp ta’ tmiem il-ġimgħa li għadda”- il-PM

Waqt laqgħa f’Kastilja bħala ringrazzjament għas-servizz eċċelenti li ngħata minn ħafna ħaddiema wara l-maltemp li ħakem lil pajjiżna fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li permezz tal-attività tal-llum qed jingħata wiċċ lil ħafna persuni li taw servizz lil ħafna matul tmiem il-ġimgħa li għadda.

Dr Muscat stqarr li l-maltempata ma kellhiex aktar effetti milli kellha għax kien hemm ħidma u koordinazzjoni bejn mijiet ta’ ħaddiema u voluntiera li permezz ta’ ħidmiethom ħallew lil pajjiż għaddej.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Eluf ta’ ritratti juru l-maltemp f’Malta tul dawn l-aħħar 4 snin

Ħafna jħobbu temp xitwi u oħrajn jippreferu s-sajf. Imma kull żmien fih tiegħu u trid jew ma tridx, irid jgħaddi.

Il-Fotografu Frederick Muscat ħa ħsieb jgħaqqad numru ta’ filmati ta’ maltempati li seħħew fil-gżejjer Maltin tul dawn l-aħħar 4 snin.

Muscat spjega li ta’ kull sena jieħu eluf ta’ ritratti biex seta’ għamel dan il-proġett li juri xenarji sbieħ tal-maltempati fil-gżejjer tagħna.

Send this to a friend