Malta | One News - Part 7

Notifiki

X’hemm lest għalina fl-2019?

Is-sena 2019 mistennija tkun sena b’diversi avvenimenti u appuntamenti importanti, kemm f’Malta u barra min xtutna.

Fix-xena lokali, l-2019 se tkun sena li matulha se jiġu ċċelebrati numru ta’ anniversarji speċjali. Fil-31 ta’ Marzu, pajjiżna se jfakkar l-40 sena mill-Ħelsien, u ftit iktar minn xahar wara, fl-ewwel ta’ Mejju pajjiżna jagħlaq 15-il sena membru tal-Unjoni Ewropea.Aqra aktar

280 tifel u tifla f’avventura madwar Malta

Għexieren ta’ sewwieqa ta’ taxis ddedikaw il-jum għat-tfal li jgħixu fid-djar għat-tfal. Madwar 280 tifel u tifla qattgħu l-ġurnata jiddevertu minn attività għal oħra li tħejjew għalihom mis-sewwieqa tat-taxis bejn it-08:00 u t-20:00.

Wara li nġabru mid-djar, it-tfal ħadu kolazzjoni fiċ-ċentru Nazzjonali tax-Xjenza Interattivia Esplora u wara daru mal-madwar 200 esebit li hemm f’dan iċ-ċentru li jixprunaw interess akbar f’suġġetti xjentifiċi.

John Cauchi, wieħed mill-imħuħ wara din l-attività qal li x-xufiera jħossu għafsa ta’ qabel x’ħin jasal il-ħin biex iwassluhom lura lejn id-djar tagħhom:

“It-tfal lanqas tkun tista’ titlaqhom tant kemm jieħdu pjaċir u inti magħhom, li kif tarahom sejrin dawn ħlewwa ta’ qalb taqbdek kull sena u huma kull sena jarfuna u aħna nagħrfu lillhom, veru jieħdu pjaċir ħafna t-tfal.”

Ix-xufiera tat-taxis ilhom jorganizzaw din attività li saret bħal tradizzjoni għas-sewwieqa tat-taxis għal dawn l-aħħar sebgħa u tletin sena kif qalilna Anthony Galea:

“Jien ilni 37 sena nagħmilha, bl-għajnuna ta’ sħabi wkoll. It-tfal noħorġuhom kull sena jieħdu pjaċir. Issa f’dawn l-aħħar erba’ snin komplew sħabi fejn li ħallejt jien, xtaqu jkomplu u jekk il-bambin irid inkomplu nagħmluha għax jien jieħdu pjaċir it-tfal u magħhom nieħdu pjaċir aħna.”

Attivitajiet bħal dawn ifissru ħafna għal dawn it-tfal, hekk qalet ma’ ONE News, Sister Paula Schembri:

“Huwa avveniment speċjali ħafna għalihom għax jagħmlu ġurnata jduru bil-white taxis, għalihom hija xi ħaġa speċjali. avolja jkollna aktar attivitajiet, din hija l-aktar attività li huma jieħdu gost. aparti minn hekk din tkun ġurnata sorpriza, jiġifieri ma nkunux nafu fejn sejrin u dak l-element ta’ sorpriża lit-tfal jogħġobnhom ħafna.”

Intant din l-attività sfrattat għal xi ħin wara li erba’ vetturi tat-taxis kienu involuti f’ħabta fil-Marsa. B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident u l-attività kompliet għaddejja f’kumpless f’Baħar iċ-Ċagħaq u aktar tard b’festin tal-Milied fil-hanger tal-Lufthansa Technik.

Maltin fi Sqallija mitluba jikkuntattjaw l-Ambaxxata Maltija fid-dawl tat-terremot tat-Tlieta filgħaxija

Fid-dawl tat-terremot li ħakem Sqallija tul dan il-lejl, Maltin li bħalissa jinsabu fil-pajjiż u għandhom bżonn xi għajnuna huma mitluba jikkuntattjaw l-Ambaxxata Maltija fl-Italja fuq +393482412437.

L-Ambaxxatriċi Maltija fl-Italja, Vanessa Frazier, qalet dan fuq twitter, fid-dawl li Sqallija hija destinazzjoni popolari ferm mal-Maltin u l-Għawdxin.

Minn tal-anqas żewġ persuni ndarbu kawża ta’ dan it-terremot, li kejjel 4.8 fuq l-iskala Rikter. Diversi binjiet fl-inħawi tal-aktar vulkan attaiv fl-Ewropa ġarrbu ħsarat estensivi, u diversi residenti kienu kostretti jħallu darhom.

Intant, it-terremot inħass ukoll f’xi nħawi ta’ Malta ftit wara s-02:00.

Tal-emerġenza jerġgħu iżuru l-blokka ta’ appartamenti li ġiet evakwata, iżda…

Iż-żewġ vetturi li jintużaw mit-tobba tal-emerġenza bidlu ftit l-rwol tagħhom lejliet il-Milied.

Dan sar sabiex qassmu rigali lill-anzjani ta’ blokka appartamenti fil-Gżira li matul il-lejl li għadda ġiet evakwata minħabba nirien li jista’ jkun li tqabbdu apposta.

Dan ħabbru l-konsulent mediku u d-Direttur Kliniku tal-emerġenza Dr Michael Spiteri, fejn huwa nnifsu deher iqassam ir-rigali. Huwa rringrazzja wkoll lill-ħaddiema kolla ta’ Mater Dei li taw sapport lil din l-inizjattiva.

Matul il-lejl li għadda ir-residenti ta’ din il-blokka qamu xxukjati hekk kif persuni mhux magħrufa ħarqu 3 tyres quddiem bieb ta’ appartament fl-ewwel sular. Dsatax minnhom kellhom jirċievu kura minħabba dħaħen li belgħu filwaqt li persuna oħra ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura.

 

In-nies iħossuhom li sejrin tajjeb – Il-Prim Ministru

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li mill-istħarriġ tal-Eurobarometer ippubblikat iktar kmieni din il-ġimgħa l-iktar li huwa importanti hu li n-nies iħossuhom sejrin tajjeb. Mistoqsi dwar il-fatt li l-gvern li jmexxi hu huwa l-iktar gvern fdat fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea l-Prim Ministru qal: “Il-piż jiżdied mhux jonqos. Għax in-nies ikunu qed juruk iktar fiduċja.”

Aqra aktar

Malta mistennija tkun il-bażi ta’ bank ġdid tal-blockchain

Malta mistennija tkun il-bażi ta’ bank li se jibda jagħti servizz lill-kumpaniji tal-blockchain u l-crypto-currencies, li s’issa ma setgħux jingħataw is-servizzi li kellhom bżonn mill-banek tradizzjonali.

Jidher li l-kumpanija RnF Finance Limited, sieħeb ewlieni ta’ OK Group f’Malta, se tkun qed topera bħala l-istituzzjoni tal-kreditu hekk kif l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, tawtorizza dan.Aqra aktar

Send this to a friend