Malta | One News - Part 6

Notifiki

Il-Gvern jilqa’ rakkomandazzjonjiet mill-KE dwar l-iskemi ta’ ċittadinanza b’investiment

IL-Gvern laqa’ sensiela ta’ rakkomandazzjonijiet ewlenin li għamlet il-Kummissjoni Ewropea f’rapport dwar l-iskemi ta’ ċittadnanza u ta’ residenza b’investiment fl-Unjoni Ewropea offruti minn għoxrn stat ewropew.

Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni Ewropea rrikonoxxiet li d-deċiżjoni biex jiġu nnaturalizzati ċ-ċittadini hija d-dritt sovran ta’ kull Stat Membru. Mir-rapport joħroġ ukoll li Malta tispikka bħala dik li għandha programm b’saħħtu.

Il-Gvern innota bi pjaċir li l-Kummissjoni tirrikonoxxi l-benefiċċji ekonomiċi tal-industrija, settur li stqarr li ġġenera bosta opportunitajiet ta’ impjieg madwar l-Unjoni Ewropea u d-dinja kollha. Il-Gvern sejjaħ bħala pass fid-direzzjoni t-tajba biex ikun hemm standards ogħla u aktar regolamentazzjoni fl-industrija madwar l-Unjoni Ewropea. Qal li Malta kienet fuq quddiem nett biex tippromwovi b’mod kontinwu kollaborazzjoni akbar bejn il-pajjiżi hekk kif rakkomandat.

Mill-banda l-oħra l-Gvern qal li ma jaqbilx mad-dikjarazzjoni tar-rapport li ċ-ċittadinanza b’investiment tingħata b’kundizzjonijiet inqas stretti. Wera t-tħassib ukoll dwar il-preżenza fiżika u qal li Malta hi waħda mill-ftit ġurisdizzjonijiet fejn il-preżenza fiżika hi obbligatorja. Sostna li Malta tadotta wieħed mill-aktar proċessi stretti ta’ verifika tant li huwa meqjus bħala l-aqwa wieħed fl-industrija. Qal li Malta taqbel u tappoġġja t-talba tar-rapport għal proċess uniformi bejn il-pajjiżi kollha, u li lesta żżomm moħħha miftuħ biex tkompli ttejjeb dawn il-proċessi ta’ verifika. Qal li Malta mhux biss ikkoperat fit-tfassil tar-rapport tal-Kummissjoni, iżda daħlet ukoll għal numru ta’ impenji biex tkompli tnaqqas ir-riskji.

Innota li Malta hi waħda mill-ftit pajjiżi Ewropej li tippubblika l-ismijiet tal-individwi li jiksbu ċ-ċittadinanza u l-kontrolli tal-applikanti huma pubbliċi wkoll. Il-Gvern saħaq li Malta diġà tat widen għall-ħafna mill-kritika indirizzata lejn dan is-settur, u ħadet l-inizjattiva minn jedda biex iddaħħal miżuri maħsuba biex jindirizzaw il-lakuni msemmija fir-rapport. Il-Gvern fakkar li f’dawn l-ewwel erba’ snin, il-Programm ġġenera dħul ta’ aktar minn €700 miljun, li 70% minnhom qed jiġu investiti mill-ġdid fi proġetti infrastrutturali u soċjali għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet preżenti u dawk futuri.

Malta tilqa’ l-impenn tal-Unjoni li tibqa’ tosserva lil dan is-settur mill-qrib u se tappoġġja kull azzjoni li ssaħħaħ l-integrità tal-industrija.

Intant, b’reazzjoni għal stqarrija tal-Partit Nazzjonalista, il-Partit Laburista qal li l-Kummissjoni Ewropea ħalliet lill-Partit Nazzjonalsita iżolta. Dan għax minkejja d-diversi suġġerimenti li saru mill-Kummissjoni Ewropea l-istituzzjoni Ewropea mkien m’għamlet bħal Adrian Delia u qalet li programmi simili m’għandhomx jeżistu.

Il-Partit Nazzjonalista ta’ Adrian Delia jrid ireġġa’ l-arloġġ lura billi jimmina programm li qed ikun ta’ benefiċju ekonomiku għall-pajjiżna.

Malta fuq quddiem fl-għajnuna li tingħata lil persuni vulnerabbli

20,000 familja fosthom fosthom anzjani u persuni b’diżabilita’ qegħdin jibbenefikaw minn skema ta’ għajnuna b’investiment ta’ tmint mitt elf ewro fit-tqassim ta’ ikel bnin u sustanzjuż.

Id-direttur tas-Servizzi Korporattivi Stephen Vella fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali spjega kif permezz tal-iskema mħallsa minn Fondi Nazzjonali, il-Gvern jagħti l-għajnuna meħtieġa lill-familji bil-għan li jkunu jistgħu jkampaw mal-ħajja u fl-istess waqt jiġu mgħejjuna sabiex joħorġu miċ-ċirku tal-faqar.Aqra aktar

Eurostat: Malta bl-ikbar surplus u bl-ikbar tnaqqis fid-dejn fost il-pajjiżi kollha tal-UE

Statistika tal-Eurostati turi li fit-tielet kwart tas-sena li għaddiet, Malta kellha l-ikbar tnaqqis fid-dejn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea meta mqabbel mat-tliet xhur ta’ qabel. Iċ-ċifri juru li Malta rreġistrat l-ogħla tnaqqis fid-dejn b’rata ta’ 3.1 punti perċentwali.

Malta kienet segwita biss mill-Islovenja u l-Kroazja bi tnaqqis ta’ 1.6 punti perċentwali, l-Ungerija u r-Repubblika Ċeka b’1.4 fil-mija, l-Olanda b’1.1 fil-mija u l-Polonja b’punt perċentwali.Aqra aktar

Malta ħafna aħjar minn ta’ għaxar snin ilu – il-PM

Fl-isfond li fuq il-midja soċjali għaddejja dik imsejħa ‘10 year challenge’, fiż-Żurrieq il-Prim Ministru Dr. Joseph Muscat tkellem dwar kif għaxar snin ilu l-kwistjoni prinċipali għall-poplu kienet il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Illum il-ġurnata l-poplu għandu rasu mistrieħa.

Quddiem folla mdaqqsa l-Prim Ministru semma kif 10 snin ilu l-ekonomija Maltija kienet staġnata u llum pajjiżna għandu ambjent ekonomiku b’saħħtu.

Hawn irrefera għal rapport tal-Forum Ekonomiku Dinji li għaxar snin ilu kien ikklassifika l-pajjiżna bħala l-71 pajjiż fid-dinja li għandu ambjent ekonomiku b’saħħtu.

“Illum mhux ninsabu l-aqwa fl-Ewropa imma saħansitra l-aqwa fid-dinja”, saħaq Dr. Muscat.
Semma kif għaxar snin ilu kullħadd kien jitbekka għax-xogħol, illum ġustament il-ħaddiema qed jitolbu kwalità ta’ xogħol aħjar għaliex in-narattiva tal-poplu nbidlet frott tal-bidla li nġabet minn dan il-Gvern.

“Għaxar snin ilu ma konniex nafu x’inhu surplus, konna nafu biss x’inhu defiċit”, qal il-Prim Ministru li żied jgħid, “Irridu ntellgħu ġenerazzjoni ta’ nies li defiċit ma jkunux jafu xi jfisser.”

Il-Prim Ministru saħaq li qabel min kien juża s-servizz taċ-childcare kien meqjus bħala sinjur.

“Illum kullħadd juża s-servizz taċ-childcare b’xejn”, qal il-Prim Ministru fost iċ-ċapċip ta’ dawk preżenti.

Bl-aġenda riformista ta’ dan il-Gvern semma wkoll kif inbidel għall-aħjar is-settur edukattiv u qal kif għaxar snin ilu ma kienx hawn trasport b’xejn għall-iskejjel u l-prezzijiet tal-uniformijiet kienu kkaratterizzati minn suq salvaġġ filwaqt li llum għandek prezz regolat għall-uniformijiet tat-tfal tal-iskola.

Il-Prim Ministru semma wkoll il-pensjonanti li kienu meqjusa foqra għaxar snin ilu u llum qed jirċievu żieda wara l-oħra.

B’rabta mal-pensjonanti semma s-settur tas-saħħa u qal kif għaxar snin ilu kien hemm l-mediċini ‘out of stock’ u llum din il-problema spiċċat.

Frott il-bidla li ġab dan il-Gvern, il-Prim Ministru spjega kif għaxar snin ilu, anki l-faqar kien qed jgħolli rasu u llum dan ġie indirizzat u naqas ferm.

Hawnhekk b’ton umli l-Prim Ministru qal li l-Gvern xorta huwa saqajh mal-art u quddiem din il-bidla pożittiva jagħraf li hawn min għandu sfidi u jrid ikun il-Gvern li jwieżen.

Il-Prim Ministru semma wkoll l-infrastruttura tal-pajjiż.

“Nistgħu nieħdu ritratt għat-10 year challenge tal-infrastruttura tal-pajjiż. Illum pajjiżna qed jinbidel u għas-snin li ġejjin se nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż”, qal Dr. Joseph Muscat.

Semma wkoll it-turiżmu u qal kif għaxar snin ilu, iż-żieda fin-numru tat-turisti li żidnih din is-sena kien jiżdied f’sitta jew seba’ snin.

Il-Prim Ministru qal li għal din is-sena se nkunu qed nilħqu l-mira ta’ tliet miljun turist fis-sena.

“Malta trid tkun bażi Ewropea għal kumpaniji Indjani fir-Renju Unit”- il-PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li huma bosta l-kumpanija Indjani li għal raġunijiet storiċi bbażaw f’Londra u qegħdin jaraw f’Malta bażi Ewropea minn fejn joperaw.

Dr Muscat qal dan waqt li kien qed jindirizza summit f’Gurajant, l-Indja.F’kummenti lill-ġurnalisti, il-Prim Ministru qal li waħda min-niċeċ li l-Brexit Taskforce ta’ Malta identifikat hija l-possibiltà li dawn il-kumpaniji jridu bażi ġdida f’pajjiż Ewropew.Aqra aktar

Malta u Franza huma tal-istess ħsieb dwar il-problemi tal-immigrazzjoni fil-Libja

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Carmelo Abela kellu laqgħa bilaterali mal-ministru Franċiż għall-affarijiet Barranin, Jean-Yves Le Drian ftit mumenti qabel tibda l-laqgħa tal-5+5 f’pajjiżna.

Fil-laqgħa tagħhom ġie kkonfermat li Malta u Franza jinsabu fuq l-istess paġna quddiem l-problemi tal-immigrazzjoni u s-sitwazzjoni fil-Libja. Il-Ministru Franċiż saħaq li ż-żewġ pajjiżi jafdaw ħafna f’xulxin. Dan hekk kif huwa stqarr li Franza dejjem għenet lil Malta fi problemi tal-immigrazzjoni. Huwa qal li Franza dejjem emmnet fl-importanza ta’ rispons malajr għal urġenzi umanitarji, madankollu issa hemm bżonn jinsabu soluzzjonijiet fit-tul.

Quddiem l-iżvolta fi Brexit, il-Ministru Franċiż saħaq li issa l-pajjiżi ewropej għandhom jippreparaw ruħhom għat-tibdil li ġġib magħha Brexit mingħajr ftehim.

F’kummenti ma’ ONE News, il-Ministru Carmelo Abela saħaq li l-laqgħa tal-‘5+5’ li se tlaqqa’ għaxar Ministri għall-Affarijiet Barranin ta’ pajjiżi miż-żewġ naħat tal-Mediterran, hija kruċjali sabiex isiru d-diskussjonijiet neċessarji dwar il-problema tal-immigrazzjoni.

ARA: Fil-Parlament Ewropew isostnu li Malta eżempju

Sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew dwar l-immigrazzjoni rat tifħir lejn pajjiżna għal mod kif għal darb’oħra, permezz tal-Prim Ministru Joseph Muscat, waslet għal soluzzjoni f’nofs kriżi ta’ immigrazzjoni.  Kien il-Kummissarju Ewropew Dimitris Avrampolous li f’diskussjoni plenarja beda billi tkellem dwar Malta.Aqra aktar

Aktar minn 5.7 miljun persuna qasmu l-fliegu fl-2018

Is-sena li għaddiet il-vapuri tal-Gozo Channel żiedu b’aktar minn 7% l-għadd ta’ karozzi u passiġġieri li ġarrew bejn Malta u Għawdex bil-konsegwenza li l-kumpanija żiedet il-vjaġġi b’aktar minn 1,090 vjaġġ f’sena waħda.

Fil-fatt, ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li matul is-sena li għaddiet it-tliet vapuri tal-kumpanija ġarrew aktar minn 5,700,000 passiġġieri.Aqra aktar

Bix-xieraq nitgħallmu aktar dwar l-ambjent naturali Malti, le?

Il-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali fl-Mdina se jniedi sensiela ta’ laqgħat dwar diversi temi li jkopru l-ambjent naturali Malti. Dawn se jibdew mill-Ġimgħa, 18 ta’ Jannar li ġej.  L-għan ewlieni ta’ dawn il-laqgħat huwa li tinħoloq diskussjoni dwar temi kontemporanji relatati ma’ l-ambjent naturali tal-gżejjer Maltin.

Il-laqgħat se jiffukaw fuq il-biodiversità ta’ dawn il-gżejjer u fuq sfidi ambjentali li qegħdin naffaċċjaw ta’ kuljum. Kull min jipparteċipa se jkun jista’ jsegwi sensiela ta’ dokumentarji oriġinali dwar temi varji u ta’ interess lokali li jinkludu l-flora u l-fawna, speċi aljeni kif ukoll dawk li ġew introdotti mill-bniedem, it-telf ta’ ambjenti naturali Maltin, u oħrajn. Aqra aktar

Send this to a friend