Malta | One News - Part 55

Notifiki

Sifirna iktar, domna iktar, infaqna iktar

 L-ammont ta’ Maltin li vjaġġaw barra l-pajjiż fl-2016 laħaq l-496,767, żieda ta’ 16.2% fuq l-2015.  Barra minn hekk, l-ammont ta’ ljieli li qattgħu Maltin fuq btala żdied b’6.7%.

L-ammont li nefqu barra l-pajjiż żdied b’9.1% fuq sena qabel, u laħaq l-€461.4 miljun.

Dan kollu jirriżulta minn ċifri li ppublika ftit tal-ħin ilu l-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika.

Manager ta’ Pembroke akkużat b’korruzzjoni

It-Team Manager tal-klabb tal-futbol ta’ Pembroke tressaq il-Qorti mixli li fl-aħħar ġimgħat prova jxaħħam xi plejers mit-tim tal-Mosta.

Uchenna Anyanwu ta’ tletin sena min-Niġerja ġie akkużat li assoċja ruħu ma’ nies oħra biex jixtri xi plejers mit-tim tal-Mosta, fejn dawn tal-aħħar ġew megħluba minn l-istess Pembroke bl-iskor ta’ ħamsa b’xejn.

In-Niġerjan ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih iżda nżamm taħt arrest preventiv.

Il-Qorti ordnat ukoll rapport dwar l-assi tal-akkużat, anki fid-dawl li għandu oħtu taħdem f’bank fin-Niġerja u l-prosekuzzjoni uriet it-tħassib tagħha li l-akkużat jista’ jittrasferixxi xi flus.

Aqra aktar

“Taqgħux għall-provokazzjoni, ir-risposta hija r-rieda t-tajba”

Pajjiżna hu mibni fuq l-għaqal, il-bżulija, il-flessibilità, li jaħseb għalih innifsu biex ikun aqwa u aħjar minn pajjiżi oħra. Din hija d-differenza bażika dwar fejn irid imur il-pajjiż fis-snin li ġejjin, qal il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt attivita politika fiċ-Ċentru Laburista ta’ Raħal Ġdid.

Hemm differenza ċara ta’ viżjoni, min jemmen li dan huwa pajjiż normali, u min bħalna jemmen li dan huwa pajjiż li jista’ jagħmel ferm iktar milli jaħseb ħaddieħor u minkejja s-suċċessi kollha li kiseb, l-aħjar jiem tiegħu għadhom iridu jisbħu.

M’għandniex nikkuntentaw b’li għandna llum għaliex dik hija l-idea tal-medjokrità. L-idea ta’ Gvern Laburista huwa bil-maqlub. Muscat sostna li l-viżjoni tal-Gvern hija ta’ pajjiż li jista’ jikseb dak li fuq il-karta huwa impossibli li jinkiseb. Dan hu evidenti f’ dak li kiseb il-gvern fl-aħħar 4 snin – pajjiż li mhux talli “tema’ lill-uliedu imma li qed jitma’ lil ulied ħaddieħor miegħu”.

Aqra aktar

Lejn iktar siti rikonoxxuti mill-UNESCO

 Bil-għan li f’ Malta jkunu identifikati u rrakomandati iktar siti potenzjali ta’ wirt ġeoloġiku, ambjentali, storiku u kulturali kemm biex ikunu inklużi għall-UNESCO Geoparks Network globali, u kif ukoll bħala siti ta’ wirt Storiku Dinji, il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, waqqaf Kumitat.

Dan għandu l-għan li jesplora territorji jew parks naturali li għandhom il-karatteristiċi meħtieġa għal dawn it-titli.

Il-Kumitat, li hu appuntat għal tlett snin, se jitmexxa mill-Professur Henry Frendo bħala Chairman. Frendo, li jokkupa wkoll l-irwol ta’ Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali Malti għall-UNESCO, stqarr li huwa fiduċjuż li f’ pajjiżna hawn dawn it-tip ta’ żoni.

Aqra aktar

Malta tingħata t-titlu ta’ Ċentru Internazzjonali tal-Finanzi

Malta ngħatat unur bħala Ċentru Internazzjonali tal-Finanzi waqt il-WealthBriefing Swiss Awards tal-2017 f’kisba oħra fis-settur bankarju u finanzjarju.  Dan hekk kif ilbieraħ, il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar irrappreżenta lil Malta f’Geneva.

Din kienet it-tieni darba li Malta ġiet innominata bħala finalista fl-istess kategorija.

Aqra aktar

Proġett ta’ €7 miljuni biex MALTA tkun fuq quddiem fit-teknoloġija ġeo-spazzjali

L-Awtorità tal-Ippjanar ħabbret li se tinvesti fi proġett ta’ €7 miljuni biex tbiddel l-infrastruttura u l-kapaċità spazzjali ta’ Malta sal-2020.

B’hekk Malta se tkun fuq quddiem f’dak li jissejjaħ geo-spatial technology.

Il-proġett mistenni jaġġorna lil pajjiżna għar-realtajiet tal-llum u permezz tiegħu l-informazzjoni u l-kapaċità għall-informazzjoni li għandna disponibbli bħala pajjiż tilħaq livelli nazzjonali u internazzjonali.

 

Biex siti ġeoloġiċi jkunu rikonoxxuti mill-UNESCO

Minbarra siti ta’ Wirt Storiku Dinji, il-UNESCO tirrikonoxxi wkoll żoni ġeografiċi magħquda magħrufa bħala Geoparks – siti ta’ wirt ġeoloġiku, ambjentali, storiku u kulturali li jagħmlu parti mill-patrimonju dinji. Iżda fil-gzejjer Maltin u Għawdxin, qatt ma kien hawn sforzi biex ikunu identifikat dawn it-tip ta’żoni- s’issa.

Bil-għan li dawn is-siti potenzjali f’ Malta jkunu identifikati u rrikmandati kemm biex ikunu inklużi għall-UNESCO Geoparks Network globali, u kif ukoll bħala siti ta’ wirt Storiku Dinji, il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, waqqaf Kumitat li għandu l-għan li jesplora territorji jew parks naturali li għandhom il-karatteristiċi meħtieġa għal dawn it-titli.

Il-Kumitat, li hu appuntat għal tlett snin, se jitmexxa mill-Professur Henry Frendo bħala Chairman. Frendo, li jokkupa wkoll l-irwol ta’ Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali Malti għall-UNESCO, stqarr li siti potenzjali huma l-Park tal-Majjistral u d-Dwejra f’ Għawdex. Il-Membri l-oħra tal-board huma Catherine Tabone, Claudio Marciano Di Scala, Frank Zammit, Nathaniel Cutajar, Edward Gilson u Yanika Sammut.

Aqra aktar

RIŻULTAT IEĦOR għall-Presidenza Maltija

Il-Presidenza Maltija laħqet riżultat ieħor wara li irnexxilha tinnegozja b’suċċess biex pajjiżi Membri tal-Unjoni Ewropea jibdew jiġu offruti assistenza biex iwettqu riformi importanti f’pajjiżhom.

L-idea nibtet f’Novembru ta’ sentejn ilu meta l-Kummissjoni Ewropea ħarġet bi proposta biex jitwaqqaf programm ta’ għajnuna għall-pajjjiżi Ewropej f’każ li jridu jwettqu riformi f’pajjiżhom f’oqsma differenti.

Pajjiżi Ewropej se jkunu jistgħu japplikaw biex jirċievu għajnuna taħt forma ta’ flus, u anke f’riżorsi umani, biex ikollhom s-sapport meħtieg ħalli jwettqu b’suċċess tibdil li l-istess Kummissjoni Ewropea tirrakkomanda kull tant zmien.

Aqra aktar

Ir-riżultat tal-Malta summit jibqa’ fuq l-aġenda

Wara l-Malta Summit il-ġimgħa li għaddiet, il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ Marzu li ġej se tiddiskuti wkoll l-immigrazzjoni.

Dan kien maqbul waqt il-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fejn kien innotat kif issa jrid jibda jkun implimentat il-ftehim storiku maqbul f’Malta il-ġimgħa li għaddiet. Spjega dan id-Deputat Prim Ministru Louis Grech quddiem il-midja fi Brussell.

Aqra aktar

Send this to a friend