Malta | One News - Part 4

Notifiki

Ħruġ tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta – Marzu 2019

Kif diġà tħabbar mill-Ministru għall-Finanzi fl-20 ta’ Frar 2019, l-Accountant General qiegħed iniedi l-ħruġ ieħor tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta għall-anzjani li twieldu matul is-sena 1957 jew qabel. L-ammont tal-ħruġ se jkun ta’ €65,000,000 soġġett li l-ammont jiżdied sa massimu ta’ €35,000,000 f’każ li d-domanda tkun aktar mill-ammont tal-ħruġ.

Aqra aktar

Malta mħassba bin-nuqqas ta’ progress fl-aspett politiku u umanitarju dwar il-kunflitt fis-Sirja

Il-kunflitt fis-Sirja għadu sors ta’ preokkupazzjoni fuq l-għatba tal-Unjoni Ewropea, li dwaru ma nstabitx soluzzjoni umanitarja jew politika.

B’dan is-sentiment il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela wera t-tħassib tal-Gvern Malti dwar il-kunflitt fis-Sirja waqt it-Tielet Konferenza fi Brussell dwar is-suġġett. Hawnhekk, il-Ministru Abela ġiber l-attenzjoni lill-kollegi tiegħu li d-diskussjonijiet dwar is-sitwazzjoni f’dan il-pajjiż staġnat, waqt li l-qagħda umanitarja tal-pajjiż sejra għall-agħar.

Filwaqt li għal darb’oħra irrimarka li mhemmx soluzzjoni militari għal dan il-kunflitt, saħaq li huwa fundamentali li l-komunità internazzjonali tappoġġja l-proċess immexxi min-Nazzjonijiet Magħquda u lill-Mibgħut Speċjali l-ġdid tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda għas-Sirja, Geir O. Pedersen.

Waqt il-laqgħa fi Brussell kienu diskussi wkoll l-elezzjonijiet fl-Ukrajna u s-sitwazzjoni fil-Veneżwela, u l-Ministri għall-Affarijiet Barranin skambjaw ukoll fehmiet dwar il-Qarn tal-Afrika.

Berlusconi kontrina u jqabbel ma’ Malta

L-ex Prim Ministru Taljan u kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Silvio Berlusconi qabbel il-wasliet tat-turisti f’Sardegna ma’ dawk f’Malta u qal li kieku l-gżira Taljana għandha t-tmexxija li għandha Malta llum, l-ammont ta’ turisti jkunu ħafna u ħafna iktar minn kemm qegħdin iżuruha llum.

Aqra aktar

Malta b’A oħra mid-DBRS – issejjaħ l-istituzzjonijiet Maltin “b’saħħithom”

Wara Moody’s u Fitch – li kkonfermaw il-qagħda finanzjarja tajba ta’ pajjiżna, kien imiss lill-aġenzija tal-kreditu internazzjonali DBRS – aġenzija Kanadiża magħrufa għal kemm ma tħares lejn wiċċ ħadd, li ikkonfermat rating ta’ “A” u bi prospetti għoljin għal pajjiżna.

L-esperti internazzjonali ta’ DBRS innotaw li l-andament ekonomiku ta’ pajjiżna baqa’ b’saħħtu; b’rata ta’ tkabbir tal-prodott domestiku gross ta’ sebgħa punt ħamsa fil-mija. Tkabbir li skont DBRS mistenni jibqa’ jkun għoli fis-snin li ġejjin, speċjalment meta mqabbel ma’ pajjiżi oħra Ewropej.

Id-DBRS qalet li l-klassifikazzjoni ta’ Malta hija sostnuta prinċipalment mid-dipendenza baxxa fuq il-finanzjament minn barra l-pajjiż, il-livell dejjem jonqos tad-dejn pubbliku, u l-pożizzjoni finanzjarja b’saħħitha tal-familji Maltin u Għawdxin.

Id-DBRS rrikonoxxiet li Malta kompliet taqbeż ir-rati medji ta’ tkabbir fl-Unjoni Ewropea. Innutat li t-tkabbir potenzjali tal-prodott domestiku gross tela’ minn tnejn punt ħamsa fil-mija bejn l-elfejn u erbgħa u l-elfejn u tnax, għal sitta punt wieħed fil-mija bejn l-elfejn u tlettax u l-elfejn u tmintax.Aqra aktar

Send this to a friend