Malta | One News - Part 3

Notifiki

“Malta b’surplus spettakolari u progress ekonomiku sinjifikanti”- Direttur Ġenerali mill-Kummissjoni Ewropea

Bi tkabbir ekonomiku li qabeż is-6%, il-Kummissjoni Ewropea qed tħares b’mod pożittiv lejn Malta, u hija sodisfatta bl-attività ekonomika ta’ pajjiżna. Il-Kummissjoni Ewropea tirrikonoxxi li Malta għandha tkabbir ekonomiku għoli meta mqabbel mal-pajjiżi l-oħra Ewropej, u tqabbel l-ekonomija ta’ Malta mal-ekonomija taċ-Ċina, li hija waħda mill-akbar ekonomiji fid-dinja.

Iddikjara dan id-Direttur tad-Direttorat tal-Ekonomija u Affarijiet Finanzjarji fil-Kummissjoni Ewropea, Benjamin Angel. Huwa kien pajjiżna biex jagħti preżentazzjoni dwar ir-rapport ta’ din is-sena dwar Malta. Id-Direttur tal-Kummissjoni Ewropea qal li l-Kummissjoni hija sodisfatta b’pajjizna, għax fi zmien qasir taħt din l-amministrazzjoni, pajjizna mhux biss naqqas l-iżbilanċ iżda rreġistra surplus spettakolari. Aqra aktar

Standard & Poor’s tikkonferma s-sostenibbiltà finanzjarja tal-Enemalta

Analisti tal-aġenzija Standard And Poors affermaw l-isforzi li qed twettaq l-Enemalta biex tipprovdi prezz raġonevoli u sigurtà fil-provvista tal-elettriku waqt li tiżgura s-sostenibbiltà ambjentali u finanzjarja tas-servizzi tal-elettriku f’Malta. Fl-aħħar analiżi tagħha, l-aġenzija tal-kreditu kkonfermat il-klassifikazzjoni tal-kreditu fil-livell ta’ BB- bi prospetti stabbli. Aqra aktar

Ajruplani tal-għamla Boeing 737 MAX8 ma jitħallewx jinżlu jew jitilqu minn Malta

Ajruplan tat-tip Boeing 738 MAX8 instab itir fuq holding pattern fi spazju tal-ajru viċin il-Gżejjer Maltin wara li ġie revokat il-permess ta’ nżul fl-ajruporti kollha Ewropej, inkluż dak ta’ Malta.

Dan l-ajruplan tal-linja tal-ajru Smartwings kien sejjer lejn ajruport fi Praga iżda issa qed jistenna ajruport alternattiv barra mill-Ewropa.

Ir-restrizzjonijiet fl-Unjoni Ewropea daħlu fis-seħħ b’reazzjoni għat-tieni tiġrif fatali ta’ ajruplan tat-tip Boeing 738 MAX8. Jumejn ilu, ajruplan tal-linja tal-ajru tal-Etjopja ġġarraf ftit minuti wara t-tluq tiegħu u kawża t’hekk kull min kien abbord l-ajruplan tilef ħajtu. Ftit tax-xhur ilu, ajruplan ieħor tal-istess tip kkraxxja u wkoll qatel lil kul min kien abbord. Kawża t’hekk numru ta’ ajruporti, linji tal-ajru u ġurisdizzjonijiet irtiraw il-permessi ta’ tluq u nżul ta dawn it-tip ta’ ajruplani sakemm il-kumpanija Boeing tagħmel evalwazzjoni tas-sistemi kollha abbord dan l-ajruplan.

Malta r-raba’ l-aktar pajjiż mill-UE li implimenta rakkomndazzjonijiet tal-KE

Rapport tal-Unjoni Ewropea juri kif pajjiżna huwa r-raba’ l-aktar pajjiż li implimenta rakkomandazzjonijiet tal-Kummisjoni Ewropea fost il-pajjiżi kollha Ewropej. Fil-fatt, mill-2011 ‘l hawn Malta implimentat 82% tar-rakkomandazzjonijiet li l-Unjoni Ewropea għamlet fil-konfront ta’ pajjżna.

L-istess rapport spjega bl-aktar mod kategoriku li l-Gvern ħadem fuq 97% tar-rakomandazzjonijiet b’21% kienu implimentati b’mod sħiħ bil-kumplament sar xogħol sostanzjali fuhqom. Aqra aktar

55 sena ta’ Malta fil-Commonwealth

Darba kull sena, 53 pajjiż madwar id-dinja jsiru ġens wieħed. Il-11 ta’ Marzu 2019 huwa Jum il-Commonwealth, għaqda ta’ 53 pajjiz differenti minn madwar id-dinja li għandhom rabta waħda storika: xi darba, dawn kienu maħkuma mill-Kuruna Ingliża.

Malta saret pajjiż tal-Commonwealth lura fl-1965, 55 sena ilu. Darbtejn ospitat il-Commonwealth Heads of Government Meeting, iċ-CHOGM, u hija l-bażi ta’ COMNET-IT, in-network tsl-Commonwealth għall-Informatika u t-Teknoloġija.

Malta hija biss wieħed minn tliet pajjiżi tal-Commonwealth li jinsabu fil-kontinent Ewropew, li flimkien mal-pajjiżi l-oħra, ħadmet qatigħ għall-ġustizzja fil-konfront ta’ pajjiżi żgħar, drittijiet tan-nisa u żgħażagħ, u oħrajn.

Fuq il-midja soċjali, il-Prim Ministru Joseph Muscat innota s-sinjifikat ta’ Jum il-Commonwealth f’Malta wara 55 sena.

“Ma tistax ma tapprezzax il-professjonalità tal-vidjo mużikali ta’ Michela”- kritiku u riċerkatur tal-Eurovision

Jidher li ntlaqgħet tajjeb il-kanzunetta li biha l-kantanta Maltija Michela se tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision ta’ Mejju li ġej f’Tel Aviv tant li f’inqas minn 24 siegħa mindu ġie ppubblikat il-video tal-kazunetta Chameleon, kienu kważi 300,000 ruħ  li rawh fuq you tube.Aqra aktar

Malta se tilħaq il-miri tagħha dwar l-enerġija li tiġġedded

Sa sentejn oħra, Malta mistennija tilħaq il-miri Ewropej dwar l-enerġija rinovabbli, hekk kif mill-2005 ’l hawn rajna żieda ta’ 7.2% tal-enerġija ġġenerata minn sorsi li jiġġeddu bħax-xemx. Dan joħroġ minn rapport tal-Eurostat li nnota wkoll żieda ta’ aktar minn 1% fuq l-istess rapport li nħareġ is-sena l-oħra.Aqra aktar

Send this to a friend