Malta – One News

Notifiki

Raġel armat jisraq minn ħanut fil-Marsa

Raġel mgħammad u armat b’arma bil-ponta seraq ammont ta’ flus kontanti minn ħanut fi Triq Ħal Qormi fil-Marsa.

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-disgħa u nofs fejn minn stħarriġ preliminari mill-Pulizija jidher li r-raġel armat daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier, raġel minn Santa Venera.

Wara s-serqa, r-raġel ħarab minn fuq il-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Yana. Micallef Stafrace li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

BIL-FILMAT: “Xorta nistgħu ma nispiċċawx l-aħħar” – Iż-Żażu

Wara t-telfa tat-tim nazzjonali tal-futbol kontra l-Gżejjer Faroe li poġġiet lil Malta fl-aħħar post, il-kowċ tat-tim nazzjonali Raymond “Żażu” Farrugia jemmen li Malta xorta tista’ ma tispiċċax l-aħħar fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-EWRO 2020.

Fl-ajruport internazzjonali crew tal-programm ONE Breakfast stenna lill-kowċ nazzjonali biex jieħu l-kummenti tiegħu hekk kif it-tim irritorna wara d-disfatta tat-Tlieta li għadda.

Aqra aktar

Ex leġġenda ta’ Juventus għal żjara f’Malta

L-ex plejer internazzjonali Taljan u ta’ Juventus Claudio Marchisio se jkun Malta biex jiltaqa’ mal-eluf ta’ partitarji Juventini Maltin.

Marchisio se jinġieb Malta mill-Club ta’ Juventus  cuore Bianconero u segawċi tiegħu jistgħu jiltaqgħu miegħu bejn il-11 u t-13 t’Ottubru, f’sensiela ta’ attivitajiet li se jiġu organizzati mill-Club. Aqra aktar

Send this to a friend