Malta Red Cross | One News

Notifiki

Iwissu lill-għawwiema minħabba l-maltemp

Fi twissija li ħarġu s-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar qed jesiġu lill-pubbliku biex ma jgħumx  f’żoni li hemm il-bandiera ħamra doppja mtella’. Is-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar qed twissi li jista’ jkun hemm sajjetti li jmissu mal-baħar u li huma perikolużi.

Importanti li l-pubbliku jobdi dawn l-istruzzjonijiet biex jiġu evitati inċidenti bla bżonn. Dan l-avviż huwa wkoll estiż għal dawk in-nies li qed jgħumu f’żoni fejn ma hemmx ħaddiema tas-salvatagg.

It-tfal issa għandhom ambulanza għalihom

Il-Malta Red Cross inawgurat ambulanza ġdida għat-tfal. Din l-ambulanza se tkun qed twassal tfal li jingħataw kura l-isptar u li jkollhom bżonn imorru l-ajruport internazzjonali ta’ Malta biex jaqbdu vjaġġ biex jingħataw kura barra mill-pajjiż.

Vjaġġi li jsiru bejn 40 u 80 darba fis-sena. Id-disinn ikkulurit li qed jagħti dehra isbaħ lil din l-ambulanza sar propju mit-tfal stess li għandhom bejn tlieta u ħames snin li għamlu tpinġijiet apposta li llum sabu posthom fuq din l-ewwel ambulanza għat-tfal.

Ambulanza li saret b’investiment ta’ €30,000, flus li fost oħrajn inġabru minn attivitajiet organizzati mill-Malta Red Cross u minn rotary club.

Aqra aktar

“Agħtu każ il-bnadar ta’ twissija” – Malta Red Cross

Aktar kmieni llum l-Malta Red Cross tat l-assistenza tagħha lil seba’ persuni wara li sabu diffikulta’ waqt li kienu qed jgħumu minħabba kurrent qawwi. Minkejja t-twissija li għamlu l-‘life guards’ lil dawk li kienu fuq il-bajja u l-bandiera ħamra ta’ twissija xorta waħda kien hemm min għażel li jinżel jgħum.

Aqra aktar

Jassistu f’inċidenti fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta

Daħal fit-tieni xahar tiegħu l-proġett pilota tal-Malta Red Cross bl-isem “Community First Responder”.

Proġett li fl-iqsar ħin possibbli, qed jagħti l-assistenza f’każi t’emerġenza fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta.

Dan il-proġett kien possibbli grazzi għal madwar €25,000 f’fondi mill-iskema għal proġetti t’organizzazzjonijiet volontarji, biex investew f’vettura ġdida li qed twassalhom fil-post tal-inċident.Aqra aktar

Send this to a friend