malta files | One News

Notifiki

Ditta tal-awditjar internazzjonali twieġeb għal Malta Files

Id-ditta tal-awditjar KMPG irreaġixxiet għall-artikli li dehru fuq mezzi tax-xandir lokali u internazzjonali, b’referenza għall-Malta Files.

Artikli bbażati b’mod qarrieqi fuq informazzjoni disponibbli pubblikament, iżda wkoll dokumenti li nkisbu b’mod illeċtu. Fi kliem KMPG, l-informazzjoin qed tintuaża biex tpenġi lil Malta b’mod skorrett bħala ġurisdizzjoni offshore, jew inkella tax haven.

Il-kumpanija ħejjiet lista tal-agrumenti li qed jintużaw mill-mezzi tax-xandir u li wieħed faċlment iweġibhom bil-fatti. Qalet ukoll li Malta dejjem onorat prinċipji Ewropej u internazzjonali fil-mod kif topera s-sistema finanzjarja.

Tista’ tara d-dokument imħejji mill-KMPG hawn.

Aqra aktar

Esperti dwar il-Malta Files: Igiddbuhom u jużaw ton differenti minn Busuttil

L-Institute of Financial Services Practitioners (IFSP) fi stqarrija kkonfermaw li fil-Malta Files hemm numru kbir ta’ affarijiet foloz u mhux preċiżi.

Fosthom qalu li wieħed jgħid li Malta hija ġurisdizzjoni offshore jew tax haven hija bla bażi u purament sensazzjonali.

L-IFSP tirrappreżenta l-maġġoranza kbira ta’ dawk li jipprattikaw fis-serivizzi finazjarji f’Malta.

Ta’ min jinnota, fl-istqarrija li tista’ taqraha sħiħa hawn taħt, li dak li qed jgħid l-IFSP huwa għal kollox kuntrarju mit-ton użat mill-Oppożizzjoni, li qed tipprova tħallat l-allegazzjonijiet ta’ Malta Files ma kwistjonijiet oħra biex tirbaħ punti politiċi, jew ma kwistjonijiet ta’ fiduċja fit-tmexxija ta’ pajjiżna.  Mhux talli jekk, talli l-IFSP jispjegaw kemm is-sistema Maltija hija kompatibbli ma’ regoli Ewropej u kemm turi rieda li tikkollabora f’passi kontra l-evażjoni ta’ taxxa.

Aqra aktar

Il-Kamra tal-Kummerċ tappella għall-għaqda nazzjonali dwar Malta Files

Il-Kamra tal-Kummerċ sejħet għall-ħolqien ta’ task force dwar il-Malta Files. Dan it-task force għandu jkun magħmul minn stakeholders mill-kamp tekniku u finanzjarju, biex ikunu miġġielda l-effetti koroh tal-pubblikazzjoni tal-Malta Files.

Dawn ir-rapporti foloz ħallew impatt ikrah fuq l-integrità tal-istrutturi fiskali tal-pajjiż, u l-industrija tas-servizzi finanzjarji. “Qatt ma kien hemm żmien meta kien hawn daqshekk bżonn ta’ front komuni daqs illum” qalet il-Kamra.

Fid-dawl ta’ dan l-appell, jispikka t-ton ta’ Simon Busuttil dalgħodu, li tal-Malta Files waħħal f’Joseph Muscat. Il-Prim Ministru, minn naħa l-oħra, wera rieda u esprima l-bżonn li fuq din il-kwistjoni, l-Oppożizzjoni tikkollabora.

“Bi Gvern sod il-pajjiż jirreżisti l-attakki” – JM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li se tkun qed tingħata importanza lill-kwistjoni tal-Malta Files u l-Gvern se jkun sod fuq id-difiża tas-sistema ta’ tassazzjoni u tar-reġistrazzjoni tal-kumpaniji tal-pajjiż. Il-Prim Ministru tenna li għandna nkunu kburin bis-sistema li għandna f’pajjiżna u li jeħtieġ li nħarsuha.

Il-Prim Ministru spjega li mhux vera li pajjiżna għandu kumpaniji offshore u sigrieta kif qed jiġi rrapportat fl-attakk li qed tagħmel il-midja internazzjonali fuq pajjiżna. Qal ukoll li dan l-attakk ilu jinħema u jaf sar minħabba l-Presidenza Maltija.

Huwa qal li s-sistema finanzjarja ta’ pajjiżna ilha l-istess minn meta sirna membri tal-Unjoni Ewropea u din is-sistema ġiet approvata mill-Kummissjoni Ewropea u l-OECD u għalhekk dan l-attakk għandu l-għan li jagħti daqqa’ lil pajjiżna.

Aqra aktar

Send this to a friend