Malta Developers Association | One News

Notifiki

Barrieri fi stat ta’ abbandun ser jibdew jimtlew

Il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera jħabbar li wara diskussjonijiet li saru f’dawn l-aħħar ġranet bejn l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), l-Awtorità tal-Ippjanar (il-PA), WasteServ Malta Ltd.,  kif ukoll ma’ rappreżentanti tal-Malta Developers Association (MDA), ġew konklużi diversi miżuri li se jittieħdu sabiex iservu bħala soluzzjoni immedjata kif ukoll fit-tul.

Aqra aktar

L-MDA sodisfatta bis-surplus ekonomiku

 

“Il-Malta Developers Association (MDA) bi pjaċir tilqa’ l-aħbar li, wara aktar minn tletin sena, il-Fond Konsolidat ta’ Malta m’għadux f’sitwazzjoni ta’ defiċit permanenti, peress li d-dħul tal-Gvern kien akbar mill-infiq fl-2016.”

Dan kien kliem l-Malta Developers Assosication li fi stqarrija esprimiet is-sodisfazzjoni tagħha għall-aħbar ta’ surplus ekonomiku. L-MDA irikonoxxiet li dan kien pass importanti fl-istorja ekonomika ta’ Malta u tifraħ lill-Gvern talli laħaq dan il-għan mingħajr ma kellu jirrikorri għal miżuri ta’ awtorità ħarxa, filwaqt li naqqas it-taxxi.

Aqra aktar

Send this to a friend