maġistrat – One News

Notifiki

6 xhur ħabs għall-parker li m’obdiex il-qorti

Edward Farrugia, li ppoża ta’ parker f’parkeġġ pubbliku fil-Belt, ingħata sentenza ta’ 6 xhur ħabs u ġie mmultat €2,000 wara li m’obdiex ordni tal-Qorti biex ma jersaqx lejn il-parkeġġ.

Farrugia ġie arrestat bħal-llum ġimgħa fil-parkeġġ ta’ Hastings, fejn kien qed joffri servizz biex jaħsel il-karozzi. Hu inżamm taħt il-kustodja minn dak inhar.

L-uffiċjali ta’ Transport Malta kienu ilhom jinsistu mas-sur Farrugia biex ma jibqax fil-parkeġġ fejn kien qed jippoża ta’ parker meta m’għandux it-tag ta’ Transport Malta. L-Awtorita’ fetħitlu żewġ kawżi l-qorti imma hu ma tax widen u baqa’ jiffastidja lis-sewwieqa.

Transport Malta ġabret aktar evidenza u fetħitlu kawża oħra. Fil-5 ta’ Jannar, il-Maġistrat Joe Mifsud immultah €500, il-massimu li tippermetti l-liġi, u ordnalu ma jersaqx lejn iż-żona.

Minkejja dan, hu reġa’ ġie arrestat ħmistax wara fejn reġa’ deher quddiem il-Maġistrat Mifsud u ġie kkundannat 6 xhur ħabs filwaqt li mmultat €2,000, wara li injora l-ordni tal-Qorti,

Is-sewwieqa jistgħu jipparkjaw bla ħlas fil-parkeġġi pubbliċi u mhumiex obligati jagħtu donazzoni. Il-parkers liċenzjati għandhom jilbsu t-tag ta’ Transport Malta Transport Malta ħeġġet lil kull min jiltaqa’ ma’ xi abbuż biex jirraporta fuq il-freephone 80072393.

Sentejn u disa’ xhur ħabs fuq każi ta’ frodi

Donald Micallef ta’ 35 sena ġie kkundannat sentejn u disa’ xhur ħabs wara li nstab ħati ta’ żewġ każi ta’ misapproprijazzjoni. Hu ffroda koppja li sellfitu €30,500 u li żamm għalih flus mogħtija għal reklamar.

Il-każijiet imorru lura għal Frar ta’ seba’ snin ilu.

Huwa ġie orndat ukoll irodd ħamsa u għoxrin elf ewro li ssellef u li baqa’ ma raddx lill-koppja anzjana.

Aqra aktar

“Għax Għawdxi m’għandu xejn inqas minn Malti”

Sal-lum, waqt li f’Malta fl-ewwel grad hemm kawżi li jinstemgħu minn Maġistrati u minn Imħallfin, f’Għawdex il-kawżi jinstemgħu kollha minn Maġistrati.  Din issa se tinbidel u l-kawżi fl-ewwel grad se jinstemgħu minn Maġistrati u Mħallfin, eżatt bħal Malta.

 Il-Ministru Owen Bonnici spjega li Għawdxi m’għandu xejn inqas minn Malti u għalhekk din id-distinzjoni se titneħħa.

Aqra aktar

Ħabs u messaġġ mill-Qorti

Żagħżugħ li lejliet l-ewwel tas-sena daħal jisraq minn ħanut fiż-Żejtun u għamel dan b’sikkina f’idu li biha hedded lill-persuni li kien hemm fil-ħanut intbagħat sena u nofs ħabs. Fl-istess ħin il-ħati tqiegħed taħt ordni ta’ superviżjoni. Fis-sentenza tagħa l-qorti qalet li r-reat huwa gravi tant li ż-żagħżugħ jistħoqlu l-ħabs anke jekk skuża ruħu mal-vittmi preżenti fl-awla.

Xi ħaġa li l-Maġistrat Joe Mifsud iddeskriva bħala element important ħafna tal-ġustizzja riparattriċi fejn ħati jiffaċċja l-vittma tiegħu u jitolbu skuża. Fis-sentenz ntqal li li l-Qorti trid tipprova tagħti cans lil Wayne Caruana jaqbad it-triq it-tajba, jieħu trattament ghall-vizzju li ghandu u ma jibdiex karriera dieħel u ħiereg il-ħabs. Għalhekk tqiegħed taħt is-supervizjoni t’Ufficjal Sorveljanti għal perijodu ta’ tliet snin millum.

Aqra aktar

Toni Abela Imħallef, Grazio Mercieca Maġistrat

Grazio Mercieca u Toni Abela saru żewġ membri ġodda tal-ġudikatura.

Dalgħodu l-President Marie-Louise Coleiro Preca ippresediet il-ħatra tagħhom, wara li l-Kabinett tal-Ministri approva n-nomina għall-ħatra tal-Avukat Toni Abela bħala Imħallef fil-Qrati Superjuri u l-Avukat Grazio Mercieca bħala Maġistrat fil-Qrati Inferjuri. Dawn huma l-ewwel żewġ avukati fl-istorja li ngħaqdu fil-Ġudikatura wara li għaddew b’suċċess mill-iskrutinju tal-Kumitat dwar Ħatriet fil-Ġudikatura magħmul mill-Prim Imħallef, l-Avukat Ġenerali, l-Ombudsman, l-Awditur Ġenerali u l-President tal-Kamra tal-Avukati.

Emozzjonat, Grazio Mercieca qal li b’sagrifiċċju, il-ġenituri mill-klassi socjali tieghu tawh l-opportunità li jistudja. Wiegħed li bħal ma għamel f’kull qasam, se jagħti ħiltu u ħinu kollha għal din il-kariga.

Aqra aktar

Send this to a friend