mafja | One News

Notifiki

Il-Qorti tikkonferma: Taljana mafjuża sejra lura pajjiżha

L-estradizzjoni lejn l-Italja ta’ mara li kienet tifforma parti minn grupp mafjuż u li kienet arrestata Malta bis-saħħa tal-Mandat t’Arrest Ewropew se tkun qed isseħħ, kif kien deċiż inizjalment. Dan ġie deċiż illum fil-Qorti, mill-Maġistrat Aaron Bugeja.

Mezzi tax-xandir Taljani irrapportaw li Donatella Concas kienet issuspettata li kienet parti mill-grupp mafjuż Camorra u kienet arrestata f’pajjiżna permezz ta’ mandat ta’ arrest Ewropew. Il-mara ngħatat sentenza ta’ tliet snin u tmien xhur priġunerija minn Qorti Venezjana, talli pparteċipat f’atti kriminali, użura, u kienet fil-pussess illegali ta’ armi fost oħrajn. Skont dawn ir-rapporti, saret parti mill-grupp mafjuż Venezjan bejn l-2009 u l-2011, liema grupp kien jieħu vantaġġ minn negozjanti u jipprovidhom bil-flus li jkollhom bżonn, b’rati għolja ta’ interessi. Wara li ngħatat is-sentenza, Donatella Concas għebet għal aktar minn sena, u kien wara investigazzjonijiet fir-reqqa li nstabet  hawn Malta.

Aqra aktar

Tinżamm arrestata Taljana b’rabtiet mafjużi

Taljana li kienet arrestata f’Malta mistennija tappella għal estradizzjoni quddiem il-Qrati Maltin.
Donatella Concas ta’ erbgħin sena residenti l-Mosta kienet arrestata wara li isimha deher f’sistema ta’ allert f’informazzjoni tax-Schengen. Qed jingħat ukoll li Concas tagħmel parti mill-Camorra clan, għaqda mafjuża.
Aqra aktar

Send this to a friend